EURO 2020 Futbol Sport

L-Ingilterra, l-Olanda u l-Belġju fl-azzjoni għall-aħħar partiti tagħhom qabel il-Euro 2020

(Ritratt: EPA)

Fil-5.30pm | Awstrija v Slovakkja

Fl-aħħar partita qabel il-Euro 2020p, l-Awstrija jilagħbu kontra s-Slovakkja, bl-Awstrija se jkunu qed iħarsu li jirreaġixxu għar-telfa li kellhom kontra l-Iniglterra aktar kmieni din il-ġimgħa. Min-naħa l-oħra, s-Slovakkja kisbu draw kontra l-Bulgarija, fejn kienu mingħajr il-plejers importanti fosthom Marek Hamsik, Milan Skriniar u Martin Dubravka. Fi Grupp flimkien mal-Olanda, l-Ukrajna u l-Macedonja ta’ Fuq, l-Awstrija għandhom ċans tajjeb li jagħmluha sal-fażi tal-aħħar sittax. Għas Slovakkja, minkejja li huma fi Grupp E flimkien ma’ Spanja, l-Polonja u l-Iżvezja, huma jistgħu jkunu s-sorpriża tat-tournament.

Fis-6.00pm | Danimarka v Bosnia Herzegovina

Id-Danimarka se jilagħbu l-aħħar partita tagħhom kontra l-Bosnia Herzegovina, b’dawn tal-aħħar jonqsu milli jagħmluha għall-Euro 2020. Id-Daniżi tilfu żewġ logħbiet biss mill-aħħar 25 partita internazzjonali u jistgħu potenzjalment ikunu t-tim sorpriża tal-Euro 2020, fi Grupp B flimkien mal-Belġju, mal-Fillandja kif ukoll mar-Russja. Taħt il-caoch Kasper Hjumland id-Daniżi rebħu tmien logħbiet minn ħdax-il partita, bl-aħħar partita tagħhom tintemm fi draw ta’ 1-1 kontra l-Ġermanja.

Christian Eriksen fl-azzjoni, bil-gowl tiegħu jikseb draw ta’ 1-1 kontra l-Ġermanja fl-aħħar partita ta’ ħbiberija

Fis-6.00pm | Ingilterra v Rumanija

L-aħħar partita għall-Ingilterra se tkun kontra t-Rumanija, wara r-rebħa ta’ 1-0 li kisbu kontra l-Awstrija aktar kmieni din il-ġimgħa. Il-preparazzjonijiet ta’ Southgate għall-Euro 2020 ma kienux l-idejali, hekk kif min barra li kellu diversi plejers indisponibbli minħabba l-finali taċ-Champions League, kellu wkoll diversi plejers li weġġgħu jew huma dubjużi, fosthom Trent-Alexander Arnold, Harry Maguire u Jordan Henderson. Minkejja dan, l-Ingilterra huma fost il-favoriti li jirbħu dan it-tournament, għalkemm ilhom ma’ jgħaddu mill-kwartifinali sa mill-1996.

Fis-6.00pm | Lussemburgu v Skozja

B’inqas minn ġimgħa għall-bidu tal-Euro 2020, l-Iskozja jilagħbu kontra l-Lussemburgu fl-aħħar partita tagħhom. Dan huwa l-ewwel tournament maġġuri għall-Iskozja sa mill-1998, bit-Tartan Army m’humiex megħluba fl-aħħar erba’ logħbiet tagħhom. L-Iskozja għadhom ġejjin minn draw sodisfaċenti ta’ 2-2 kontra l-Olanda, bil-coach Steve Clarke jisħaq li t-tim qed jitjieb fil-prestazzjonijiet tiegħu. L-Iskozja jinsabu fi Grupp D flimkien mar-Repubblika Ċeka, mal-Kroazja u mal-Ingilterra.

Dawn se jkunu l-ewwel Kamjonati Ewropej għall-Iskozja sa mill-1996

Fis-6.00pm | Olanda v Gorġja

Bil-partita tal-Ukrajna tinsab ġimgħa bogħod, l-Olanda se jilagħbu l-aħħar partita ta’ ħbiberija kontra l-Ġorġja. Wara d-draw diżappuntanti kontra l-Iskozja, il-coach Frank de Boer affaċja kritika min-naħa tal-partitarji Olandiżi għal formazzjoni tattika li għażel li jilgħab biha. Kellu jkun freekick fl-aħħar minuta ta’ Memphis Depay li salva draw ta’ 2-2 għall-Olanda. Għal din il-partita de Boer mistenni jkun mingħajr id-difensur Matthijs de Ligt li għandu injury fil-groin, fejn mistenni jkun mserraħ biex jirkupra għall-partiti kontra l-Iżvizzera, id-Danimarka u l-Irlanda, fi Grupp Ċ.

Fid-8.45pm | Belġju v Kroazja

Bil-Belġju fl-ewwel post tar-ranking tal-FIFA u l-Kroazja kienu finalisti fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-2020, din il-partita għandha sservi ta’ preparazzjoni tajba għaż-żewġ timijiet. Filwaqt li l-belġju se jkun mingħajr de Bruyne, iż-żewġ timijiet għadhom ġejjin minn draw ta’ 1-1 fil-partiti preċedenti tagħhom. Il-coach tal-Kroazja Zlatko Dalic ma tantx kien kuntent bil-prestazzjoni tat-tim kontra l-Armenja, iżda saħaq li t-tim se jkun preparat għall-partita kontra l-Ingilterra, fi Grupp D, bit-timijiet l-oħra jkunu l-Iskozja u r-Repubblika Ċeka. Il-Belġju jinsabu fi Grupp B, flimkieen mad-Danimarka, mar-Russja u mal-Fillandja.