Sport Sport Ieħor

Lejn Tokjo2020 – Maltin fl-Olimpijadi

Millum fuq NetTV mill-4.00 pm ‘l quddiem jixxandar it-31 programm SPORT EXTRA fejn ser jingħata bidu għal serje ta’ intervisti ma’ atleti li fil-passat irrappreżentaw lil Malta fid-diversi edizzjonijiet tal-Olimpijadi.

 Fl-ewwel parti tal-programm Charles Camenzuli iltaqa’ ma tlett atleti MARIO BONELLO li kien ħa sehem fl-Olimpijadi ta’ Atlenta 1996 u Sydney 2000 , DEIRDRE FARRUGIA li kienet ipparteċipat f’dawk ta’ Barcelona fl-1992 u RACHID CHOUHAL li kien ħa sehem fl-Olimpijadi ta’ Londra fl-2012.

Fit-tieni parti il-mistieden huwa l-lottatur JESMOND GIORDIMAINA li rrappreżenta lil Malta fl-Olimpijadi ta’ Los Angeles fl-1984 u Seoul fl-1988

Fil-programm siltiet miċ-Ċerimonji tal-Ftuħ bil-kontinġent Malti fl-azzjoni kif wkoll l-istess atleti fil-parteċipazzjoni Olimpika tagħhom.

SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati ta’ Michael Farrugia.