Illum ma’ il-gazzetta il-Mument, se jkun qed jinbigħ magażin speċjali b’rabta mal-Euro 2020 li se tibda nhar il-Ġimgħa.
Dan il-magażin b’kitba tal-Kap tat-Taqsima Sports ta’ Net Television Christian Micallef, se jkun jagħti ħarsa lejn it-timijiet kollha li se jipparteċipaw f’dan it-tournament kif ukoll intervistà esklussiva ma’ Giorgio Marchetti li huwa l-Viċi Segreatrju Ġenerali tal-UEFA.
Micallef tkellem dwar dan il-magażin waqt il-programm Net Live fejn fost l-oħrajn elenka li dan se jkun magażin originali u uniku ghaliex huwa miktub bil-Malti.
Intant minn nhar it-Tlieta fuq Net Television eżatt wara l-aħbarijiet tas-7.30 se jkun qed jittellgħa programm b’rabta mal-Euro 2020 kif ukoll wieħed jista’ jsegwi l-aħħar aġġornamenti b’rabta mal-Euro 2020 fuq is-sit netnews.com.mt.
//= $special ?>