Sport Sport Ieħor

Miguel Oliveira jirbaħ il-Grand Prix ta’ Katalunja

(Ritratt: EPA)

Fil-Grand Prix ta’ Katalunja, is-sewwieq ta’ KTM Miguel Oliveira rebaħ l-ewwel tellieqa dan l-istaġun hekk kif gheleb l-isfida ta’ Johann Zarco u Jack Miller li temmew fit-tieni u fit-tielet post rispettivament. Fabio Quartararo li beda mill-Pole Position temm fir-raba’ post iżda xorta waħda sħħaħ postu fil-quċċata tal-klassifika. F’tellieqa mimlja inċidenti kienu biss 15-il sewwieq li temmew dan il-Grand Prix hekk kif Iker Lecuona, Valentino Rossi , Alexi Espargaro, Marc Marquez, Danilo Petrucci u Pol Espargaro ma temmewx it-tellieqa.

Intant, ic-champion renjanti Joan Mir temm fil-ħames post filwaqt li Maverick Vinales temm fis-sitt post. Francesco Bagnaia u Brad Binder temmew fis-seba’ u fit-tmien post rispettivament. Franco Morbidelli daħal fid-disa’ post filwaqt li Enean Batiannini temm fl-għaxar post.

Moto GP

Kif temmew: 1. M. Oliveira 40:21.749, 2. J. Zarco +0.175, 3. J. Miller +1.990, 4. F. Quartararo +4.815, 5. J. Mir +5.325, 6. M. Vinales +6.281, 7. F. Bagnaia +8.175, 8. B. Binder +8.378, 9. F. Morbidelli +15.652, 10. E. Bastianini +19.297, 11. A. Marquez +21.650, 12. L. Marini +22.533, 13. T. Nakagami 27.833, 14. J. Martin +29.075, 15. L. Savadori +40.291 Ma temmewx: I. Lecunoa, V. Rossi, A. Espargaro, M. Marquez, D. Petrucci, P. Espargaro