Knisja Lokali

“Niftakru fl-importanza tal-Ewkaristija” – Charles Scicluna

“Aħna ma għadniex nibżaw mid-djufija tagħna jekk għadna kuntatt ma min jista jfejjaqna, jaħfrilna u jdewwina” hekk stqarr l-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna waqt iċ-ċelebrazzjoni bit-tema ‘l-Gisem u d-Demm ta’ Kristu’, fejn emfasizza fuq l-importanza li l-poplu Malti jirċievi l-Ewkaristija.

Tul l-omelija tal-Ħadd, l-Arċisqof awgura lit-tfal li fl-aħħar ġimgħat għamlu l-ewwel tqarbina li wara li b’impenn kbir tgħalmu l-katekiżmu biex jippreparaw għal dan il-pass ferm importanti fil-ħajja ta’ kull kattoliku.

Charles Scicluna stqarr li għalkemm t-tqarbin huwa l-ikel għar-ruħ wieħed għandu jkollu kemm paċi fih innifsu, kif ukoll ma’ ħaddiehor.

L-Arċisqof bagħat messaġġ lin-nies li qegħdin jisimgħu il-quddies mill-Isptar jew min xi dar tal-anzjani.

Charles Scicluna, emfażizza fuq l-importanza li issa li qiegħdin jonqsu r-restrizzjonijiet tal-COVID-19 in-nies jerġgħu jibdew jmorru l-quddies tal-Ħadd u jerggħu jkollhom aċċess għall-Ewkaristija.