EURO 2020 Futbol Sport

Rashford jagħti rebħa lill-Ingilterra | Il-Belġju jegħlbu lil Kroazja b’gowl ta’ Lukaku

(Ritratt: EPA)

Ingilterra 1 Rumanija 0

Penalty fit-68 minuta skorjat minn Marcus Rashford kien biżejjed biex ta’ rebħa minima lill-Ingilterra kontra r-Rumanija. Bl-Ingilterra jiddominaw il-pusses tal-ballun b’aktar minn 70% fl-ewwel taqsima, laqtu l-last darbtejn permezz ta’ Dominic Calvert-Lewin u Jadon Sancho. Fit-tieni taqsima daħaħl Jordan Henderson li kien ilu ma jilgħab minn Frar minħabba injury, fejn fis-77 minuta inkariga ruħu minn penalty ieħor għall-Ingliżi, iżda l-goalkeeper Florin Nita salva tajjeb, għal skor finali ta’ 1-1. L-Ingilterra jilagħbu l-ewwel partita tagħhom kontra l-Kroazja, f’Wembley Stadium.

Agħfas fil-link biex ssegwi siltiet mill-partita bejn l-Ingilterra u r-Rumanija

Awstrija 0 Slovakkja 0

L-Awstrija u l-Islovakkja temmew fi draw ta’ mingħajr gowls fl-aħħar partita tagħhom qabel il-Euro 2020. L-Awstrija laqtu l-lasta darbtejn, bis-Slovakkja jmorru l-aktar viċin il-gowl meta x-xutt ta’ Ondrej Duda kien blokkat minn fuq il-linja minn sieħbu stess, bl-iskor jibqa’ dak ta’ 0-0. L-Awstrija jilagħbu l-ewwel partita fil-Euro 2020 kontra l-Macedonja ta’ Fuq, filwaqt li s-Slovakkja jiftħu l-impenji tagħhom kontra l-Polonja.

Agħfas fil-link biex ssegwi siltiet mill-partita bejn l-Awstrija u s-Slovakkja

Il-plejer Slovakk Lukas Haraslin fl-azzjoni kontra l-Awstrija

Danimarka 2 Bosnia Herzegovina 0

Id-Danimarka għalqu l-preparamenti tagħhom b’rebħa ta’ 2-0 kontra l-Bosnia Herzegovina, tim li ma kkwalifikax għall-Euro 2020. Id-Daniżi fetħu l-iskor fit-18-il minuta meta d-difiża tal-Bosnia naqset milli tbiegħed il-periklu, b’Martin Braithwaite jikkonkludi ġewwa bir-ras. It-tieni gowl wasal fit-tieni taqsima, meta fit-73 minuta il-corner ta’ Mathias Jensen sab lil Andreas Cornelius li b’daqqa ta’ ras tajba għamel l-iskor finali 2-0. Id-Danimarka jilagħbu l-ewwel partita tagħhom kontra l-Fillandja, fil-Parken Stadium, f’Copenhagen, id-Danimarka.

Agħfas fil-link biex ssegwi siltiet mill-partita bejn id-Danimarka u l-Bosnia Herzegovina

Lussemburgu 0 Skozja 1

L-Iskozja kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra l-Lussemburgu u għalqu l-preparamenti tagħhom qabel il-Euro 2020. L-Iskoċċiżi skorjaw il-gowl uniku fis-27 minuta permezz tal-attakkant ta’ Southampton Che Adams. Għal-Lussemburgu tkeċċa d-difensur Vahid Selimovic fl-34 minuta wara foul fuq Lyndon Dykes. L-Iskozja jiftħi l-impenji tagħhom fil-Euro 2020 kontra r-Repubblika Ċeka. f’Hampden Park.

Agħfas fil-link biex issegwi siltiet mill-partita bejn il-Lussemburgu u l-Iskozja

Olanda 3 Ġorġja 0

Wara d-draw diżappuntanti kontra l-Iskozja, l-Olanda rreaġixxew b’rebħa ta’ 3-0 kontra l-Ġorġja. Memphis Depay fetaħ l-iskor għall-Olanda minn penalty fl-10 minuta, biex Wout Weghorst iroppja fil-55 minuta wara pass ta’ Memphis Depay. L-Olanda għalqu l-partita fis-76 minuta permezz ta’ Ryan Grevenberch għal skor finali ta’ 3-0. L-Olanda jilagħbu l-ewwel partita tagħhom kontra l-Ukrajna, fil-Yohan Cruyff Arena.

Agħfas fil-link biex issegwi siltiet mill-partita bejn l-Olanda u l-Ġorġja

Belġju 1 Kroazja 0

Il-Belġju kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 kontra l-Kroazja, f’partita bejn żewġ timijiet li kapaċi jasli lejn l-aħħar tal-kompetizzjoni tal-Euro 2020. Il-gowl tal-partita wasal fit-38 minuta permezz tal-attakkant prolifiku Romelu Lukaku wara pass ta’ Jason Denayer. Il-Belġju immexxija minn Roberto Martinez jilagħbu l-ewwel partita tagħhom kontra r-Russja, fil-Krestovsky Stadium fir-Russja. Min-naħa l-oħra l-Kroazja, jiftħu l-impenji tagħhom kontra l-Ingilterra f’Wembley Stadium.

Agħfas fil-link biex issegwi siltiet mill-partita bejn il-Belġju u l-Kroazja