Internazzjonali

Repubblika Irlandiża: Arresti wara lejl ieħor ta’ inkwiet f’Dublin

Il-Pulizija Irlandiża arrestat madwar 20 ruħ wara li l-uffiċjali tal-korp spiċċaw attakkati, f’Dublin, għat-tieni lejl konsekuttiv.

L-inkwiet seħħ meta l-pulizija kienu qed jippruvaw imexxu lin-nies ‘il hinn minn xi zoni ewlenin – fosthom St Stephen’s Green u Temple Bar – bil-membri tal-korp jispiċċaw mira għal burraxka ta’ fliexken u oġġetti oħra waqt li kienu għaddejjin minn South Anne Street fil-kapitali.

Ir-rapporti qalu li l-attakk tmexxa minn grupp ta’ xi 200 żgħażagħ u bir-riżulutat li ndarbu żewġ pulizija — b’vettura tal-qawwiet tal-ordni ġġarrab il-ħsarat.

Il-pulizija, wara, stqarrew li l-membri tagħhom spiċċaw “taħt xita ta’ fliexken’ minn diversi lokalitajiet u li persuna li ma kenitx involuta fid-diżordni pubblika wkoll tispiċċa aggredita, bir-riżultat li kellha tittieħed l-isptar għall-kura.

Intant, mas-17-il adult u żewġ minorenni sfaw arrestati dwar il-ksur tal-bwon ordni.