Sport Sport Ieħor

Roger Federer jirtira mir-Roland Garros

(Ritratt: EPA)

It-tennist Żvizzeru ta’ 39 sena, Roger Federer irtira mir-Roland Garros hekkk if irid inaqqas ir-riskju ta’ injury qabel il-Wimbledon ix-xahar id-dieħel.

Federer għeleb lil Dominik Koepfer f’erba’ sets, iżda wara indika li jkun ta’ aktar benefiċċju jekk jirtira mill-Open ta’ Franza, biex jevita l-injuries qabel il-Grand Slam ta’ Wimbledon, fejn se jkun qed iħares li jirbħu għad-disa’ darba fil-karriera tiegħu.

Wara żewġ operazzjonijiet f’irkopptejh, f’inqas minn sena, Federer għażel li jirtira mir-Roland Garros, hekk kif għaraf li għandu aktar ċans li jkollu suċċess fuq il-ħaxix fl-Ingilterra, milli fuq it-tafal fi Franza.