Formula 1 Sport

Sergio Perez jirbaħ it-tieni Grand Prix fil-karriera tiegħu

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Red Bull Sergio Perez rebaħ it-tieni Grand Prix fil-karriera tiegħu meta approfitta minn żball lejn it-tmiem ta’ Lewis Hamilton li temm it-tellieqa fil-15-il post. Fit-tieni post temm is-sewwieq ta’ Aston Martin Sebastian Vettel u kien segwit minn Pierre Gasly ta’ Alpha Tauri,

Charles Leclerc li beda mill-Pole Position temm biss fir-raba’ post filwaqt li Lando Norris daħal fil-ħames post. Fis-sitt u fis-seba’ post temmew Fernando Alonso u Yuki Tsunoda rispettivament filwaqt li Carlos Sainz temm fit-tmien post. Daniel Ricciardo u Kimi Raikkonen temmew fid-disa’ u fl-għaxar post.

FORMULA 1

Kif temmew: 1. S. Perez 3:33.686, 2. S. Vettel +1.385, 3. P. Gasly +2.762, 4. C. Leclerc +3.828, 5. L. Norris +4.754, 6. F. Alonso +6.382, 7. Y. Tsunoda +6.624, 8. C. Sainz +7.709, 9. D. Ricciardo, +8.874, 10. K. Raikkonen +9.576, 11. A. Giovinazzi +10.254, 12. V. Bottas +11.264, 13. M. Schumacher +14.241, 14. N. Mazepin +14.315, 15. L. Hamilton +17,668, 16. N. Latifi +42.279 Ma temmewx: G. Russell, M. Verstappen, L. Stroll, E.Ocon