Ilbieraħ, għal xi d-8.45pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa.
Huma marru immedjatament fil-post fejn sabu li Sirjan ta’ 16-il sena residenti Ħaż-Żabbar kien intlaqat minn Mercedes Benz, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 34 sena residenti Marsaxlokk.
Iż-żagħżugħ ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei u ġieċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>