Futbol Sport

‘Tony Bezzina Stadium’ se jkun l-isem il-ġdid tal-Hibernians Stadium

Għalkemm l-ikbar memorja tas-Sur Tony Bezzina se tibqa’ mnaqqxa fil-ħidma tiegħu biex Hibernians F.C. sar klabb ewlieni f’pajjiżna, issa l-klabb mexa’ pass ieħor biex dan l-ikona tal-futbol Malti jibqa’ mfakkar.

Dan hekk kif il-membri tal-klabb, waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali li għaddejja bħalissa, qablu li l-Hibernians Stadium jinbidillu ismu u issa jsir it-Tony Bezzina Stadium.L-aħbar tasal ftit xhur wara t-telfa tas-Sur Bezzina u fl-istess waqt li l-klabb għaddej bi proġett maġġuri biex jibdew il-wiċċ ta’ dan il-grawnd, proġett ieħor li hu l-legat ta’ Anthony Bezzina.