Sport Sport Ieħor

Djokovic u Nadal jgħaddu għall-kwarti finali tar-Roland Garros

(Ritratt: EPA)

Novak Djokovic irkupra minn żewġ sets minn taħt biex għeleb lil Lorenzo Musetti 6-7 6-7 6-1 6-0 4-0. Il-partita waqfet fl-aħħar set bl-iskor ta’ 4-0 hekk kif Musetti kellu jirtira minħabba injury li sofra waqt il-partita. Hekk kif ħareġ mill-istadium, ir-rank numru 76 ingħata standing ovation għall-isforz li għamel kontra wieħed mill-aqwa tennisti ta’ kull żmien.

F’partita oħra Rafael Nadal ukoll għamilha għall-kwarti finali hekk kif għeleb lil Jannik Sinner 7-5 6-3 6-0. Nadal qed jaspira li jiddefendi it-titlu li rebaħ is-sena l-oħra, filwaqt li jirbaħ dak li jista’ jkun l-erbatax-il Roland Garros tal-karriera tiegħu.