Għalkemm iċ-ċifri uffiċjali għadhom iridu joħorġu, jidher li illum pajjiżna mhu se jirreġistra ebda każ ġdid ta’ Covid-19. Dan tħabbar mill-Ministru tas-Saħħa kmieni dalgħodu.
L-aħħar darba li kellna 0 każi kien f’Lulju li għadda – 11-il xahar ilu.
Mil-lum, se jkunu permessi gruppi sa massimu ta’ 6 persuni. Dan jgħoddu ukoll għal-limitu ta’ persuni f’ristorant fuq kull mejda.
Mil-lum jiftħu il-barijiet wara li kienu ilhom magħluqin mill-Ħarifa. Jiftħu wkoll it-teatri, is-swali taċ-ċinema, u l-ħwienet tal-logħob u l-imħatri.
//= $special ?>