Il-plejer Arġentin ta’ 24 sena Emiliano Buendia għażel li jingħaqad mat-tim ta’ Aston Villa minflok ma’ Arsenal, wara li l-istaġun li għadda skorja 15-il gowl fiċ-Championship ma’ Norwich.
Buendia bħalissa jinsab mat-tim nazzjonali Arġentin jipprepara għal Copa America li se ssir fil-Brażil. Hu mistenni jiffirma kuntratt ta’ 5 snin sal-2026, b’ Aston jħallsu s-somma ta’ madwar €34 miljun sabiex jiksbu lill-Arġentin.
Arsenal kienu fost il-favoriti li jiksbu l-firma ta’ Buendia, iżda jidher li l-plejer għażel lil Aston Villa, b’Arsenal diġa qed ifittxu alternattiva ta’ mifielder offensiv.
//= $special ?>