Lokali

“Għad hemm min ma jafx x’se jiġri minnhom minn hawn u 3 ġimgħat oħra” – Howard Keith Debono

Ninsabu f’salib it-toroq – bejn ritratti u filmati li jixhdu attivitajiet illegali fuq naħa u l-artisti u l-professjonisti jistennew li jibdew jerġgħu jaqilgħu ħobżhom fuq naħa oħra.

Hekk sostna l-President tal-Malta Entertainment Industry and Arts Association Howard Keith Debono fuq il-midja soċjali fejn filwaqt li awgura lil dawk kollha li reġgħu bdew jaħdmu mil-lum mal-ftuħ tal-bars – huwa fakkar li l-maġġoranza tal-ħaddiema fl-industrija tal-Arti u l-Ispettaklu għadhom qed jistennew kif u jekk se jkunu jistgħu jibdew jaħdmu minn hawn u 3 ġimgħat oħra.

Howard Keith Debono insista li nofs soluzzjoni mhux biżżejjed b’mod speċjali jekk ma tinżammx level playing field f’dan il-qasam.