Lokali

Id-dwana jwaqqfu persuna ħierġa minn pajjiżna bi €11,365 f’kontanti mhux iddikkjarati

Id-dwana ta’ Malta waqqfet persuna li kienet se tipprova toħroġ minn pajjiżna bi €11,365 fi flus mhux iddikkjarati. Sa issa din is-sena nqabdu €331,947, b’dan tal-lum ikun it-22 każ ta’ qabdiet simili.

Dalgħodu waqt screening tal-passiġġieri li kienu se jitilgħu abbord titjira lejn Istanbul, passiġġier li kien se jivvjaġġa lejn il-Ghana inqabad bil-flus mhux iddikkjarati. Il-persuna kien mit-Togo.

Malli uffiċjali tad-Dwana marru fuqu u staqsewh kemm kien qed iġorr flus, hu wieġeb €10,000. It-tweġiba ma kkonvincietx lill-uffiċjali u fi tfittxija sabulu aktar minn €11,000.