EURO 2020 Futbol Sport

Il-flokk għall-Euro 2020 tal-Ukranja jqajjem kontroversja sħiħa

Hekk kif ilbieraħ l-Ukranja nedew il-flokkijiet il-ġodda li se jkunu qed jilagħbu bihom fil-Euro 2020, dawn il-flokkijiet qajjmu kontroversja sħiħa.

Dan wara li fuq il-flokk tidher il-mappa tal-Ukranja kif ukoll il-Krimea li tifforma parti mir-Russja. Dan qajjem rabja fost ir-Russi hekk kif il-Krimea saret parti mir-Russja fl-2014 u tikkunsidraha parti mit-territorja tagħha minkejja li dan m’huwiex irrikonoxxut b’mod internazzjonali.

Politku ewlieni fir-Russja sejjaħ dan l-att bħala provokazzjoni politika u sejjaħ lill-organizzaturi tal-Euro 2020 biex jieħdu azzjoni mmedjata fil-konfront tal-Ukranja.