Lokali

“Il-Partit Laburista għamel żbalji… fuq governanza tajba” – Jason Micallef, Chairman One TV

“Il-Partit Laburista għamel żbalji…. fuq governanza tajba…. (u) l-ambjent”.

Din mhix kritika mill-Partit Nazzjonalista jew kritika minn xi settur privat. Dan hu kliem l-eks Segretarju Generali tal Partit Laburista, Jason Micallef.

F’post fuq Facebook Micallef ammetta li l-Partit Laburista wettaq diversi ‘żbalji’.

L-ironija hi li ċ-Chairman tal-media tal-Labour kif ukoll tal-Valletta Cultural Agency, minn fost id-diversi ‘żbalji’għażel propju żewġ oqsma li fuqhom ibbaża l-kampanja elettorali tiegħu il-Partit Laburista fl-2013 – il-governanaza tajba u l-ambjent. Oqsma li, issa b’ammissjoni tal-eks Delegat tal-istess Partit Laburista, Gvern Laburista falla fihom.