Ftit tal-ħin ilu għadha kif intemmet intervista qasira flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u s-Sinjura tiegħu AnneMarie, kif ukoll uliedhom Neil u Maria, li tkellmu fost oħrajn dwar il-valuri tal-familja u l-għaqda.
Huma rringrazzjaw lill-poplu Malti u Għawdxi għall-appoġġ li juruhom kemm ilhom fil-ħajja pubblika, filwaqt li esprimew l-ottimiżmu tagħhom li flimkien nerġgħu nibdew ngħixu ħajja kif konna nafuha qabel il-pandemija.
8 xhur u nofs wara li Bernard Grech laħaq Kap tal-Partit Nazzjonalista l-familja tiegħu spjegat kif ingħataw is-sostenn mill-pubbliku filwaqt li saħqu li importanti ħafna li wara r-responsabbiltà u l-ħin tax-xogħol, li huwa xi ftit jew wisq kontinwu, isibu ħin għal familja u l-ġabra.
//= $special ?>