Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara argument fil-Mellieħa

Raġel mill-Belt Valletta kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’argument fil-Mellieħa.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-kwarta tat-Tnejn waranofsinhar fi Triq il-Marfa meta l-Pulizija kienet infurmata li seħħ argument bejn raġel ta’ 32 sena mill-Ħamrun, mara ta’ 37 sena mill-Imsida u r-raġel mill-Belt ta’ 42 sena.

Fil-post ġew msejħa immedjatament uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-Belti l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet b’rabta mal-każ.