Lokali

It-taqsima tal-klieb tad-dwana b’aktar qabdiet ta’ drogi

Ritratt: Arkivji

It-taqsima tal-klieb fi ħdan id-Dipartiment tad-Dwana kompliet b’aktar qabdiet meta din il-ġimgħa nterċettat tliet pakketti bid-droga fl-uffiċju tal-Posta f’Ħal Qormi.

L-ewwel żewġ pakketti waslu mill-Olanda. Stqarrija tad-Dwana qalet li dawn kellhom fihom żerriegħa, ħaxixa u trab abjad.

It-tielet pakkett wasal mill-Iżvizzera u nstab li kellu fih sustanzi suspettużi. Is-sejba saret mill-isniffer dog Stan.

It-tliet pakketti ġew mgħoddija lill-iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Drogi għal aktar investigazzjonijiet.

Tags