ll-foyer tad-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista t-Tnejn waranofsinhar issebbħet bl-immaġni maqbuda mil-lenti tal-ħaddiema tal-Partit Nazzjonalista.

Fuq inizjattiva ta’ mart il-Kap tal-PN, AnneMarie Grech, il-ħaddiema tal-Partit inkluż dawk tal-Media.link Communications kienu mistiedna jippreżentaw ritratti li ġibdu fil-ħin liberu tagħhom.

Għażla minn dawn ir-ritratti issa jinsabu eżibiti fl-entrata tad-Dar Ċentrali.


F’kummenti li tat AnneMarie Grech qalet li l-Partit Nazzjonalista jemmen fl-arti u kien għalhekk li l-ispazju tal-foyer tad-Dar Ċentrali qed jintuża biex jagħti spazju għal din l-eżibizzjoni. Hija qalet li sittax-il artist għandu l-arti tiegħu eżibita u li din l-iniżjattiva se tibqa’ għaddejja, bir-ritratti li se jinbilu minn żmien għall-ieħor.



Ir-ritratti fost l-oħrajn juru xenarji tipiċi Maltin kif ukoll mumenti ta’ semplicita mill-ħajja ta’ kuljum li issa nqabdu darba għal dejjem fuq il-karta.






