Coronavirus Lokali

Li ma ġie rreġistrat l-ebda każ ta’ Covid-19 jimlina b’kuraġġ – Bernard Grech

L-aħbar li llum ma ġie rreġistrat l-ebda każ ta’ Covid-19 f’pajjiżna timlina bil-kuraġġ.

Din kienet ir-reazzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’post li tella’ fuq Facebook, fejn anke rringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi kollu li flimkien u b’għaqal mexa b’reqqa mal-pariri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista wassal messaġġ ta’ ringrazzjament ukoll lill-ħaddiema u l-professjonisti fil-qasam mediku, li fl-aħħar xhur ħadmu qatigħ fl-għoti tal-vaċċin.

Hu appella biex kulħadd ikompli jimxi mal-pariri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa ħalli flimkien nirbħu din il-pandemija u mmorru lura għan-normalità sħiħa li lkoll tant nixtiequ u neħtieġu.

Ikkummenta