Sport Sport Ieħor

Logan Paul jżomm lil Floyd Mayweather għal tmien rounds

L-istilla tal-Youtube Logan Paul rnexxielu jieħu lil Floyd Mayweather għat-tmien round sħaħ, f’ exhibition match f’Miami Florida.

Fil-ġlieda, ma kienx iddkjarat rebbieħ, bi Floyd Mayweather jiddomina l-avveniment, għalkemm ma rnexxielux jolqot lil Paul b’knockout. Mayweather mistenni jagħmel madwar $50 miljun mill-ġlieda.

L-istess Mayweather faħħar lil Logan Paul wara l-ġlieda, b’Logan Paul jgħid li dan kien wieħed mill-aqwa mumenti f’ħajtu.

Kienu ħafna fid-dinja tal-boxing li kkritikaw din il-ġlieda, għalkemm iġġenerat popolarita’ u udjenza kbira, speċjalment fuq il-midja soċjali.