Lokali

Miġbura €240,510 mill-PN waqt il-Maratona Ġbir ta’ Fondi

Din kienet iċ-ċifra finali tal-Maratona Ġbir ta’ Fondi li organizza l-Partit Nazzjonalista … fondi li nġabru b’risq il-ħidma ma taqta’ xejn li qed iwettaq il-Partit ħalli jissaħħu r-riżorsi u jitwassal il-messaġġ ta’ verità lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Meta indirizza din il-Maratona, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech tkellem dwar l-importanza tal-ħidma li qed issir fl-istrutturi tal-Partit bit-triq ‘il quddiem u bl-għan ewlieni li l-poplu jkollu Gvern alternattiv.