Lokali

“Ningħaqdu bħala poplu biex negħlbu l-isfidi” – Bernard Grech

F’jum is-Sette Giugno nfakkru l-qalb tagħna l-Maltin. Hekk stqarr il-Kap tal-PN Bernard Grech f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali, f’dan il-jum li fih il-pajjiż qed ifakkar l-avvenimenti tal-1919.

“Meta iffaċċjajna l-ostilità, dejjem weġibna bħala poplu magħqud biex għelibna l-ostakli. Għalkemm iċ-ċirkustanzi nbidlu mill-1919 ‘l hawn, il-prinċipju li ningħaqdu bħala poplu biex negħlbu l-isfidi li jheddu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna, għandu jibqa’ preżenti.”