EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Analiżi | Debutt storiku mingħajr pressjoni ta’ riżultati għall-Finlandja

Għalkemm il-futbol m'huwiex l-aktar sporti popolari, permezz ta' din il-kwalifikazzjoni żdied l-interess mill-Finlandiżi lejn it-tim nazzjonali.

Wara li rrnexxilhom jikkwalifikaw għall-Euro 2020, ir-riżultati miksuba, speċjalment fl-aħħar partiti, ftit li xejn kienu tajbin.

Wara 82 sena ta’ stennija u parteċipazzjoni f’xejn inqas minn 30 grupp ta’ kwalifikazzjoni differenti, li f’kollha qatt ma kellhom suċċess, sa fl-aħħar it-tim Nordiku tal-Finlandja rnexxilu jagħmilha mal-pajjiżi finalisti f’edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej. Dan hu mument storiku għal dan in-nazzjon u meta tqis li fil-passat u f’eri differenti, dan it-tim nazzjonali kellu plejers ta’ klassi mondjali, bħal mhuma l-eks difensur ċentrali ta’ Liverpool, Sami Hyypia u l-istilla ta’ Ajax, Jari Litmanen iżda xorta qatt ma kkwalifikaw għall-fażi finali ta’ kompetizzjoni bħal din, allura bilfors li tfaħħar il-qalb tal-iskwadra preżenti.

Il-plejers tal-Finlandja jippożaw għal ritratt wara li aċċertaw minn kwalifikazzjoni storika fil-partita ta’ kontra l-Ġreċja.

Immexxija mill-kowċ Markku Kanerva, il-Finlandja se jkunu qed jiddebuttaw fil-Euro 2020 wara li fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni huma temmew fit-tieni post, tnax-il punt wara r-rebbieħa tal-grupp, l-Italja. L-akbar protagonist fil-mixja għal dan ir-riżultat storiku kien l-attakkant ta’ Norwich City, Teemu Pukki li skorja għaxra mis-16-il gowl tal-Finlandja f’dan il-grupp.

Sal-lum, Teemu Pukki hu t-tieni l-aqwa skorer ta’ kull żmien, għat-tim nazzjonali Finlandiż. Hu jinsab żewġ gowls biss ‘il bogħod milli jilħaq ir-rekord tal-leġġenda tal-futbol fil pajjiż, Jari Litmanen.

Teemu Pukki
Markku Kanerva hu l-kowċ Finlandiż li mexxa lil dan il-pajjiż għall-kwalifikazzjoni storika għall-fażi finali tal-Euro

Meta tqis li fil-passat u f’eri differenti, dan it-tim nazzjonali kellu plejers ta’ klassi mondjali, bħal mhuma l-eks difensur ċentrali ta’ Liverpool, Sami Hyypia u l-istilla ta’ Ajax, Jari Litmanen iżda xorta qatt ma kkwalifikaw għall-fażi finali ta’ kompetizzjoni bħal din, allura bilfors li tfaħħar il-qalb tal-iskwadra preżenti.

Azzjoni mill-partita riċenti tal-UEFA Nations League bejn Finlandja u Wales.

Għall-ewwel darba l-futbol sar jitqies popolari fil-pajjiż daqs l-aktar dixxiplini sportivi segwiti lokalment ċioè l-ice hockey u l-iskiing. Fost l-ismijiet il-kbar f’din l-iskwadra hemm dak tal-gowlkiper Lukas Hradecky li jilgħab ma’ Bayern Leverkusen. Fid-difiża hemm Joona Toivio filwaqt li fin-nofs tal-pitch insibu l-captain ta’ dan it-tim, Tim Sparv li għandu 34 sena u Robin Lod li jilgħab fil-Major League Soccer fl-Istati Uniti ma’ Minnesota United. Fl-attakk l-iskorer prolifiku Pukki, li warajh għandu esperjenza ta’ 90 partita internazzjonali ma’ pajjiżu u skorja xejn inqas minn 30 gowl.

Lukas Hradecky
Tim Sparv
Robin Lod

Il-Finlandja se tkun qed tilgħab bla pressjoni, u kwalunkwè riżultat ta’ dro jew rebħa f’din il-kompetizzjoni hu meqjus bħala bonus għal dan il-pajjiż debuttant.

Is-26 plejer tal-Finlandja għall-Euro 2020

Kowċ: Markku Kanerva

Jesse Joronen

Gowlkipers: Lukas Hradecky (Bayer Leverkusen), Jesse Joronen (Brescia), Anssi Jaakkola (Bristol Rovers)

Difensuri: Paulus Arajuuri (Pafos), Leo Vaisanen (Elfsborg), Sauli Vaisanen (Chievo), Daniel O’Shaugnessy (HJK Helsinki), Robert Ivanov (Warta Poznan), Jere Uronen (Genk), Nikolai Alho (MTK Budapest), Jukka Raitala (Minnesota United), Joona Toivio (Hacken), Robin Lod (Minnesota United), Pyry Soiri (Esbjerg fB) 

Jere Uronen
Fredrik Jensen

Midfielders: Joni Kauko (Esbjerg), Onni Valakari (Pafos), Rasmus Schuller (Djurgarden), Thomas Lam (Zwolle), Tim Sparv (Larissa), Fredrik Jensen (Augsburg), Robert Taylor (Brann), Glen Kamara (Rangers)

Attakkanti: Lassi Lappalainen (Montreal), Teemu Pukki (Norwich), Joel Pohjanpalo (Bayer Leverkusen), Marcus Forss (Brentford)

Joel Pohjanpalo