F’Grupp B, il-pajjiż li jinsab l-ewwel fir-rankings tal-FIFA, irid ikun kapaċi jossorbi l-pressjoni kbira li għandu biex jirbaħ
Għalkemm qatt ma rebħu kompetizzjoni ta’ dan it-tip, il-Belġju taħt it-tmexxija ta’ Roberto Martinez huma fost il-favoriti nett li dan is-sajf jirbħu t-titlu ta’ champions Ewropej.
Il-Belġju huma fl-ewwel post fir-rankings tal-FIFA, u ilhom iżommu din il-pożizzjoni mill-2018. Fl-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, huma temmew fit-tielet post u l-mira tagħhom fil-Euro 2020 hi li jnaqqxu isimhom għall-ewwel darba fuq it-trofew Henri Delaunay.

Parti kbira mis-suċċess Belġjan għandha tkun rikonoxxuta għax-xogħol abbli tal-kowċ Martinez, li minn Awwissu tal-2016 sal-lum mexxa lil dan it-tim f’aktar minn 50 partita internazzjonali u li minnhom il-Belġju tilfu biss erba’ darbiet. Huma rebħu l-partiti kollha li lagħbu fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni bi stil. Skorjaw 40 gowl, filwaqt li f’għaxar partiti sofrew biss tliet gowls. Bi plejers ta’ esperjenza fid-dipartiment difensiv, bħal fil-każ ta’ Jan Vertongen u Toby Alderweireld, flimkien ma’ elementi oħra li huma ta’ valur f’din iż-żona tal-pitch, bħal mhuma Jason Denayer, Thomas Meunier u Timothy Castagne, dan it-tim jagħmilha diffiċli għal kwalunkwè tim avversarju biex jattakka b’kumdità.

Kevin De Bruyne hu wieħed mill-aqwa elementi li jista’ jkollu kwalunkwé tim fid-dinja. Madankollu wieħed għad irid jara jekk u kemm se tkun qed taffettwaħ, l-injury li hu soffra fil-finali tal-UEFA Champions League.

L-akbar attrazzjoni f’dan it-tim jibqa’ l-midfielder difensiv ta’ klassi, Kevin De Bruyne. Frisk mir-rebħ tat-tielet Premier League tiegħu fl-Ingilterra, il-plejer ta’ Manchester City hu magħruf għall-kwalitá u daqstant ieħor il-kwantità ta’ blalen li jissuplixxi lil sħabu fit-tim u li jwasslu għall-gowls. Madankollu wieħed għad irid jara jekk u kemm se tkun qed taffettwaħ, l-injury li hu soffra fil-finali tal-UEFA Champions League.




Iżda De Bruyne mhuwiex waħdu. Il-Belġju għandhom il-lussu ta’ aktar plejers ta’ klassi u li jikkumplimentaw sew mal-istil ta’ logħba li jimponi Martinez. Dawn huma Axel Witsel, l-aħwa Hazard, Eden u Thorgan, Dries Mertens, Yannick Carrasco,Youri Tielemans u sintendi l-iskorer prolifiku ta’ Inter Romelu Lukaku.

Il-Euro 2020 taf tkun l-akbar opportunità għal dan il-pajjiż, li jagħti prova tal-potenzjal tiegħu. Possibilment l-ebda riżultat għajr ir-rebħ tal-Euro 2020 ma jissodisfa l-aspettattivi tal-Belġjani.

Is-26 plejer tal-Belġju għall-Euro 2020
Kowċ: Roberto Martinez


Gowlkipers: Thibaut Courtois (Real Madrid), Simon Mignolet (Club Brugge), Matz Sels (Strasbourg)
Difensuri: Toby Alderweireld (Tottenham), Dedryck Boyata (Hertha Berlin), Jason Denayer (Lyon), Thomas Vermaelen (Vissel Kobe), Jan Vertonghen (Benfica)


Midfielders: Timothy Castagne (Leicester), Nacer Chadli (Istanbul Basaksehir), Yannick Carrasco (Atletico Madrid), Kevin De Bruyne (Manchester City), Leander Dendoncker (Wolves), Thorgan Hazard (Dortmund), Thomas Meunier (Dortmund), Dennis Praet (Leicester), Youri Tielemans (Leicester), Hans Vanaken (Club Brugge), Axel Witsel (Dortmund)
Attakkanti: Michy Batshuayi (Crystal Palace), Christian Benteke (Crystal Palace), Jeremy Doku (Rennes), Eden Hazard (Real Madrid), Romelu Lukaku (Inter Milan), Dries Mertens (Napoli), Leandro Trossard (Brighton)
