EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Analiżi | Il-Belġju fost l-akbar sfidanti biex jirbħu l-ewwel unur Ewropew

Il-partitarji tal-Belġju huma ħerqana għall-ewwel unur f'kompetizzjoni ewlenija fid-dinja

F’Grupp B, il-pajjiż li jinsab l-ewwel fir-rankings tal-FIFA, irid ikun kapaċi jossorbi l-pressjoni kbira li għandu biex jirbaħ

Għalkemm qatt ma rebħu kompetizzjoni ta’ dan it-tip, il-Belġju taħt it-tmexxija ta’ Roberto Martinez huma fost il-favoriti nett li dan is-sajf jirbħu t-titlu ta’ champions Ewropej.

Il-Belġju huma fl-ewwel post fir-rankings tal-FIFA, u ilhom iżommu din il-pożizzjoni mill-2018. Fl-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, huma temmew fit-tielet post u l-mira tagħhom fil-Euro 2020 hi li jnaqqxu isimhom għall-ewwel darba fuq it-trofew Henri Delaunay.

Il-kowċ tal-Belġju, Roberto Martinez. Sal-lum, hu mexxa lit-tim għal ftit aktar minn 50 partita u rebaħ f’aktar minn 40 logħba.

Parti kbira mis-suċċess Belġjan għandha tkun rikonoxxuta għax-xogħol abbli tal-kowċ Martinez, li minn Awwissu tal-2016 sal-lum mexxa lil dan it-tim f’aktar minn 50 partita internazzjonali u li minnhom il-Belġju tilfu biss erba’ darbiet. Huma rebħu l-partiti kollha li lagħbu fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni bi stil. Skorjaw 40 gowl, filwaqt li f’għaxar partiti sofrew biss tliet gowls. Bi plejers ta’ esperjenza fid-dipartiment difensiv, bħal fil-każ ta’ Jan Vertongen u Toby Alderweireld, flimkien ma’ elementi oħra li huma ta’ valur f’din iż-żona tal-pitch, bħal mhuma Jason Denayer, Thomas Meunier u Timothy Castagne, dan it-tim jagħmilha diffiċli għal kwalunkwè tim avversarju biex jattakka b’kumdità.

Il-plejers tat-tim nazzjonali Belġjan, jiċċelebraw wieħed mill-gowls fil-fażi tal-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2020.

Kevin De Bruyne hu wieħed mill-aqwa elementi li jista’ jkollu kwalunkwé tim fid-dinja. Madankollu wieħed għad irid jara jekk u kemm se tkun qed taffettwaħ, l-injury li hu soffra fil-finali tal-UEFA Champions League.

Kevin De Bruyne hu meqjus bħala l-akbar stilla tal-iskwadra.

L-akbar attrazzjoni f’dan it-tim jibqa’ l-midfielder difensiv ta’ klassi, Kevin De Bruyne. Frisk mir-rebħ tat-tielet Premier League tiegħu fl-Ingilterra, il-plejer ta’ Manchester City hu magħruf għall-kwalitá u daqstant ieħor il-kwantità ta’ blalen li jissuplixxi lil sħabu fit-tim u li jwasslu għall-gowls. Madankollu wieħed għad irid jara jekk u kemm se tkun qed taffettwaħ, l-injury li hu soffra fil-finali tal-UEFA Champions League.

Toby Alderweireld

Dries Mertens
Youri Tielemans
L-aħwa Eden Hazard (xellug)) and Thorgan Hazard (lemin) jiċċelebraw flimkien wara wieħed mill-erba’ gowls tal-Belġju fir-rebħa li huma kellhom kontra r-Russja, bl-iskor ta’ 4-1, f’Novembru tal-2019. Din il-partita kienet waħda mill-għaxar rebħiet li l-Belġju kellhom minn daqstant partiti, fil-gurpp ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2020. Dak in-nhar, tlieta mill-erba’ gowls Belġjani kienu skorjati mill-aħwa Hazard. Eden skorja doppjeta filwaqt li Thorgan kien skorja l-ewwel gowl tal-logħba.

Iżda De Bruyne mhuwiex waħdu. Il-Belġju għandhom il-lussu ta’ aktar plejers ta’ klassi u li jikkumplimentaw sew mal-istil ta’ logħba li jimponi Martinez. Dawn huma Axel Witsel, l-aħwa Hazard, Eden u Thorgan, Dries Mertens, Yannick Carrasco,Youri Tielemans u sintendi l-iskorer prolifiku ta’ Inter Romelu Lukaku. 

Tfajla Belġjana ssegwi lit-tim nazzjonali tagħha, waqt waħda mill-partiti tal-Belġju fl-aħħar Tazza tad-Dinja li saret fir-Russja.

Il-Euro 2020 taf tkun l-akbar opportunità għal dan il-pajjiż, li jagħti prova tal-potenzjal tiegħu. Possibilment l-ebda riżultat għajr ir-rebħ tal-Euro 2020 ma jissodisfa l-aspettattivi tal-Belġjani.

X’aktarx din l-edizzjoni tal-Euro 2020 hija l-akbar tama li qatt kellu l-poplu Belġjan biex jara lit-tim nazzjonali tiegħu jirbaħ unur daqstant kbir fil-futbol internazzjonali.

Is-26 plejer tal-Belġju għall-Euro 2020

Kowċ: Roberto Martinez

Thibaut Courtois

Gowlkipers: Thibaut Courtois (Real Madrid), Simon Mignolet (Club Brugge), Matz Sels (Strasbourg)

Difensuri: Toby Alderweireld (Tottenham), Dedryck Boyata (Hertha Berlin), Jason Denayer (Lyon), Thomas Vermaelen (Vissel Kobe), Jan Vertonghen (Benfica)

Jan Vertonghen
Axel Witsel

Midfielders: Timothy Castagne (Leicester), Nacer Chadli (Istanbul Basaksehir), Yannick Carrasco (Atletico Madrid), Kevin De Bruyne (Manchester City), Leander Dendoncker (Wolves), Thorgan Hazard (Dortmund), Thomas Meunier (Dortmund), Dennis Praet (Leicester), Youri Tielemans (Leicester), Hans Vanaken (Club Brugge), Axel Witsel (Dortmund)

Attakkanti: Michy Batshuayi (Crystal Palace), Christian Benteke (Crystal Palace), Jeremy Doku (Rennes), Eden Hazard (Real Madrid), Romelu Lukaku (Inter Milan), Dries Mertens (Napoli), Leandro Trossard (Brighton)

Jeremy Doku