Raġel ta’ 50 sena minn Raħal Ġdid sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00am, bil-Pulizija jiġu infurmati li kien hemm
persuna li għandha bżonn l-assistenza f’residenza f’Raħal Ġdid.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni
Ċivili. Huwa ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi
gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.
//= $special ?>