Wara r-rekord nazzjonali tal-400 metru freestlye li kisret ilbieraħ, illum Sasha Gatt reġgħet kisret rekord nazzjonali ieħor din id-darba tat-800 metru freestyle. F’dan l-avveniment Gatt irreġistrat ħin ta’ 8:52:22, biex kisret ir-rekord li stabilixxit hi stess fis-Slovakkja b’sitt sekondi.
L-istess Sasha Gatt lbieraħ kisret ir-rekord nazzjonali tal-400 metru freestyle b’ħin ta’ 4:18:58. Dawn l-avvenimenti qed ikunu organizzati fil-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq, approvati mill-FINA u organizzati mill-Aquatic Sports Association (ASA).
//= $special ?>