Sport Sport Ieħor

Serena Williams eliminata mir-Roland Garros

(Ritratt: EPA)

Ir-rebbieħa ta’ 23 Grand Slams Serena Williams kienet eliminata mir-Roland Garros minn Elena Rybakina. L-Amerikana tilfet iż-żewġ sets 6-3 7-5 biex ġiet eliminata fir-round tal-aħħar sittax. Serena Williams ilha mill-2016 ma tgħaddi għallħħames round fl-Open ta’ Franza.

Wara l-partita Williams saħqet li issa se tikkonċentra fuq il-Grand Slam ta’ Wimbledon, tinsab ħerqana biex tilgħab fuq il-ħaxix, fejn se tkun qed tħares li tirbaħ it-tmien Grand Slam ta’ Wimbledon, u l-24 Grand Slam fil-karriera tagħha.