EURO 2020 Futbol Sport

“Aħna wieħed mill-favoriti, iżda Franza b’saħħithom wisq”- Alessandro Florenzi

(Ritratt: EPA)

Id-difensur internazzjonali Taljan Alessandro Florenzi qal li minkejja li l-Italja huma wieħed mill-favoriti li jirbħu l-Euro 2020, Florenzi qal li Franza huma l-favoriti li jirbħu l-kompetizzjoni.

Florenzi rrimarka kif il-player ta’ Franza Kylian Mbappe huwa wieħed mill-aktar players b’saħħithom fl-Ewropa u li hu se jkun strumentali fl-iskwadra Franċiża. Id-difensur qal ukoll li jħoss li issa huwa aktar b’saħħtu mill-aħħar edizzjoni tal-2016.