L-attakkant Pollakk Arkadiusz Milik se jitlef il-Euro 2020 wara li rkurprax mill-injury li sofra ftit ġimgħat ilu fil-meniscus. Il-plejer ta’ 27 sena weġġgħa waqt il-partita tal-Ligue 1 bejn Marseille u Metz.
Minkejja li Milik kien ingħaqad mal-kamp ta’ taħriġ Pollakk, hu kellu jirtira ftit jiem wara fejn tħalla barra mill-partiti ta’ ħbiberija kontra r-Russja u llejla kontra l-Iżlanda. Il-Polonja jiftħu l-impenji tagħhom fil-Euro 2020 bil-parita kontra s-Slovakkja nhar it-Tnejn 14 ta’ Ġunju.
//= $special ?>