Il-player Żvediż Dejan Kulusevski rriżulta pożittiv għall-Covid-19 u se jkun qed jitlef l-ewwel partita tal-grupp kontra Spanja. L-attakkant ta’ Juventus fil-ġimgħa li għaddiet kellu s-sintomi tal-influwenza fejn wara li sarlu test, irriżulta pożittiv għall-Covid-19.
Il-midfielder ta’ 21 sena jinsab iżolat fi Stokkolma filwaqt li l-bqija tat-tim se jivjaġġa għal Gothenberg. Dan kien konfermat mill-kowċ tal-Iżvezja Janne Andersson.
Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-captain ta’ Spanja Sergio Busquets ukoll irriżulta pożittiv għall-Covid-19.
//= $special ?>