Futbol Sport

Donnarumma viċin li jissieħeb ma’ PSG

(Ritratt: EPA)

Il-goalkeeper ta’ 22 sena Gigio Donnarumma jinsab viċin li jissieħeb ma’ PSG hekk kif jidher li ntlaħaq fethim biex jiffirma kuntratt ta’ ħames snin li se jkun qed jiswa’ €60 miljun.

Rapporti fil-midja Taljana qed jgħidu li Donnarumma mistenni jagħmel it-testijiet mediċi f’Firenza jew Coverciano fejn bħalissa jinsab mat-tim nazzjonali Taljan fejn mistenni jkun l-għażla numru wieħed għall-kowċ nazzjonali Taljan.

Fl-aħħar xhur Donnarumma rrifjuta li jiffirma kuntratt ġdid ma’ Milan fejn Paolo Maldini kkonferma li dan kien se jħalli l-klabb wara ma ntlaħaqx ftehim dwar il-pakkett finanzjarju li l-goalkeeper kien qed jitlob, b’Milan jiffirmaw lill-goalkeeper ta’ Lille Mike Maignan.