Internazzjonali

Franza: Il-President Macron imsawwat waqt żjara uffiċjali

Il-President ta’ Franza, Emmanuel Macron, spiċċa jaqla’ daqqa fuq wiċċu waqt li kien għaddej bi żjara uffiċjali fl-inħawi ta’  Tain-l’Hermitage, barra l-belt ta’ Valence, lejn ix-xlokk ta’ dan il-pajjiż

L-inċident inqabad fuq filmat li qed jiċċirkula fuq il-media soċjali u li fih Macron jidher qed javviċina ‘barrier’ biex ikellem lin-nies u fejn minn imkien ifeġġ raġel li jxejjirlu daqqa ta’ ħarta.

Malli l-President qala’ id-daqqa, instemgħu anki kliem dispreġjattiv kontra ‘it-tmexxija ta’ Macron’, bil-pulizija li kienu qed jeskortaw lill-President jintervjenu biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni – u bl-uffiċjali tas-sigurtà iwarrbu lil Macron mill-inħawi.

L-aħħar rapporti qalu li żewġ irġiel inżammu taħt arrest b’konnessjoni mal-inċident.