EURO 2020 Sport

Franza u r-Repubblika Ċeka jirbħu l-aħħar partiti tagħhom qabel il-Euro 2020

(Ritratt: EPA)

Franza 3 Bulgarija 0

Franza temmew l-aħħar preparamenti tagħhom b’rebħa ta’ 3-0 kontra l-Bulgarija. Il-Franċiżi ddominaw il-partita u setgħu rebħu bi skor akbar li ma kienx għall-goalkeeper Bulgaru.Franza marru fil-vantaġġ fid-29 minuta meta l-ġest akrobatiku ta’ Antoine Griezmann ġie mxellef fil-lasta għal 1-0. Fit-83 minuta Olivier Giroud għamilhom tnejn fuq cross ta’ Benjamin Pavard. Fid-90 minuta Olivier Giroud skorja d-doppjetta tiegħu meta minn pass ta’ Wissam Ben-Yedder, Giroud ikkonkluda mill-viċin għal skor finali ta’ 3-0. Franza jiftħu l-impenji tagħhom fil-Euro 2020 nhar it-Tlieta kontra l-Ġermanja fl-Allianz Arena.

Agħfas fil-link biex tara siltiet mill-partita bejn Franza u l-Bulgarija

Polonja 2 Iżlanda 2

Il-Polonja kellhom jirkupraw darbtejn minn taħt biex salvaw draw ta’ 2-2 kontra l-Iżlanda, liema draw ħalla lil coach Paulo Sousa jaħseb fejn jistgħi jirranġaw fil-Euro 2020. Albert Gudmonsen tefa’ lil Iżlanda fil-vantaġġ fis-26 minuta, b’Piotr Zielinski jġib id-draw għall-Pollakki fl-34 minuta. Madankollu fis-47 minuta Brynjar Bjarnason reġaż poġġa lil Iżlanda fil-vantaġġ, sabiex fit-88 minuta Karol Swiderski skorja l-aħħar gowl tal-partita għal skor finali ta’ 2-2. Il-Polonja jilagħbu l-ewwel partita tagħhom fi Grupp E kontra s-Slovakkja f’St Petersburg ir-Russja.

Agħfas fil-link biex issegwi siltiet mill-partita bejn il-Polonja u l-Iżlanda

Ungerija 0 Irlanda 0

L-Ungerija temmew l-aħħar preparamenti tagħhom qabel il-Euro 2020 bi draw diżappunatanti ta’ 0-0 kontra l-Irlanda. F’partita nieqsa minn ħafna azzjonijiet perikolużi, l-attenzjoni daret fuq il-partitarji Ungeriżi wrew id-diżapprovazzjoni tagħhom għal fatt li l-plejers Irlandiżi niżlu għarkopptejhom, f’ġest kontra r-razzismu. L-Ungerija jiftħu l-impenji tagħhom fi Grupp F kontra l-Portugall fl-Ferenc Puskas Satdium f’Budapest.

Agħfas fil-link biex issegwi sitliet mill-partita bejn l-Ungerija u l-Irlanda

Repubblika Ċeka 3 Albanija 1

Fil-Generali Arena, ir-Repubblika Ċeka għelbu lil Albanija bl-iskor ta’ 3-1. Għaċ-Ċeki fetaħ l-iskor Patrick Shick fit-18-il minuta, bl-Albaniżi jġibu d-draw ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Sokol Cikalleshi. Iżda fit-tieni taqsima ir-Republbika Ċeka ħadu r-riedni tal-partita f’idejhom hekk kif fit-68 minuta ukas Masopust skorja it-tieni gowl għaċ-Ċeki, b’Ondrej Celustka jiskorjaw l-aħħar gowl fid-89 minuta. Ir-Repubblika Ċeka jilagħbu l-ewwel partita tagħhom kontra l-Iskozja fi Grupp D, f’Hampden Park.

Agħfas fil-link biex issegwi siltiet mill-partita bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Albanija