Lokali Parlament

Il-gvern għandu jiddedika r-riżorsi biex il-ġustizzja titwettaq

Joe Ellis, PN

Il-gvern għandu jiddedika r-riżorsi kollha għall-ġustizzja biex b’hekk il-ġustizzja tkun tista’ tiwettaq; il-gvern għandu jispeċifika kemm il-gvern se juża’ fondi mill-Fond ta’ Rkupru għal dan is-settur.

Fil-parlament, id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis tkellem dwar l-opinjoni tal-Kummissjoni Venezja u qal li l-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis l-ġimgħa l-oħra għamel attakk kontra persuna li għandha kawża kostituzzjonali u kontra persuna oħra li kien Ministru tal-Ġustizzja fil-passat.

Hu qal li dan il-gvern qed jhedded id-drittijiet u l-libertajiet tal-poplu Malti l-istess kif fl-1962 l-ex Prim Ministru Mintoff ried jagħmel it-Tribunali tal-Poplu.

Id-deputat Nazzjonalista sostna li l-Kummissjoni Venezja sostneit li l-awtoiritajiet m’għandux ikollhom id-drit tli jimponu penali kriminali iżda regolatorji.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-każ tas-Sata Bank fejn l-FIAU imponiet multa straordinarja ħafna għola minn dak li kien permess bil-liġi. Il-Bank mar il-Qorti u kiseb ir-raġun billi tnaqqset il-multa. Minkejja dan, l-uffiċjal tal-FIAU qal li ma jaqbilx mas-sentenza tal-Qorti u li l-Imħallef kien ħa żball.

Joe Ellis qal li jekk il-gvern mhux se jappunta iktar riżorsi fil-qrati l-ġustizzja ma tkunx tista’ titwettaq.

Hu qal li l-Kummissjoni tal-Liġijiet se tħejji edizzjoni riveduta tal-liġijiet statutorji ta’ Malta u biex dawn jitħejjew fil-lingwa Maltija. Il-Kummissjoni se jkollha wkoll l-obbligu li ddur il-liġijiet u tara fejn hemm liġijiet li m’għadx hemm bżonnhom.

Jeħtieġ li ma jkunx hemm bdil tan-numri tal-liġijiet Il-Kummissjoni għandha tassigura li ma jkunx hemm bidliet fl-interpretazzjoni tal-liġijiet iżda fejn hemm żbalji jew hemm bżonn ta’ bidliet.

Il-Kummissjoni se tkun obbligata woll li tippubblika edizzjoni riveduta tal-liġijiet ta’ Malta li ss tiddaħħal fi stadji minħabba li li l-liġijiet Maltin ittriplikaw fl-ammont. Din l-edizzjoni riveduta għandha tkun ukoll fuq l-internet u għandha tkun depożitata għand l-Ispeaker tal-Parlament.