Enerġija Lokali

Il-Gvern jikkopja l-proposta tal-PN tat-tieni interconnector

Miriam Dalli qed tgħid li se jkun lest fi żmien 4 snin

Wara li xhur ilu l-PN ressaq il-proposta tat-tieni interconnector, issa l-Gvern ħareġ jikkopja din il-wegħda. Bil-Ministru tal-Enerġija Miriam Dalli tgħid li dan il-proġett se jsir sal-2025.

Il-Gvern qed jgħid li t-tieni interconnector se jgħaqqad lil Malta ma’ Ragusa. Għalkemm il-Ministru Miriam Dalli mhix lesta tgħid kemm se tkun qed tintuża enerġija minn dan is-sors.

l-installazzjoni tat-tieni interconnector kien fil-pjan tal-Enemalta qabel l-2013, bl-eventwali installazzjoni tal-apparat meħtieġ biex jakkomodah kemm fi Sqallija u anke f’Malta.

L-interconnector dejjem tana l-irħas prezzijiet ta’ enerġija f’ħinijiet partikolari, bl-użu tiegħu limitat mill-kundizzjoni tat-take-or-pay ta’ 80% tal-enerġija ġġenerata mill-Electrogas li Gvern Laburista rabatna magħha għal 18-il sena. Dan kien ikkonfermat mir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar l-għoti tal-kuntratt lil Electrogas, fejn sab li fuq mhedda ta’ 6 xhur,
l-interconnector ma kienx utilizzat kemm mixtieq fl-interess nazzjonali, biex spiċċajna ħallasna €10,000,000 iktar għax konna marbutin li nixtru mill-Electrogas meta l-interconnector kien irħas.

Il-Partit Nazzjonalista minn dejjem qal li fuq il-parir ta’ esperti, pajjiżna ikun qiegħed isaħħaħ is-sigurta’ tal-provvista tal-enerġija fl-eventwalita’ li t-tieni interconnector jitqabbad ma’ sors distint u adekwat, sabiex ir-riskju jkun iddiversifikat u tonqos il-possibilta’ li jintilfu ż-żewġ interconnectors f’daqqa.