Internazzjonali

Il-massakru ta’ Srebrenica: Qorti tan-NU tiċħad l-appell ta’ Ratko Mladic

L-eks kmandant militari Serb tal-Bosnja, Ratko Mladic, tilef l-appell kontra l-kundanna dwar ġenoċidju u reati kontra l-bniedem li hu kien weħel fl-2017, wara proċess tal-qorti fit-tul.

Il-qorti tan-Nazzjonijiet Uniti li proċessat l-appell ta’ Mladic, sadanittant, ikkonfermatlu s-sentenza ta’ priġunerija għal għomru għar-rwol li kellu fil-qtil ta’ madwar 8,000 irġiel u subien Musulmani Bosnijaċi li kien seħħ fi Srebrenica, matul is-sajf tal-1995.

Il-massakru f’dik iz-zona tal-Bosnja li suppost li kienet taħt il-protezzjoni tan-NU jibqa’ l-agħar atroċità li qatt seħħet fl-Ewropa minn żmien it-Tieni Gwerra Dinjija.

Intant, għadu mhux ċar fejn Ratko Mladic għandu jiskonta l-kumplament tas-sentenza tiegħu.