EURO 2020 Futbol Sport

Illejla fit-8:10pm, fuq Net Television, l-ewwel programm ‘Replay Euro 2020’

Replay Euro 2020

Eżatt wara l-bulettin tal-aħbarijiet ta’ Net News, jibda l-programm ‘Replay Euro 2020′ fejn bi preżentazzjoni u produzzjoni ta’ Christian Micallef, mil-lejla sal-11 ta’ Lulju kuljum fi 8.10pm se jkun magħkhom bi programm b’intervisti u aħbarijiet relatati mal-Euro 2020.

Fl-ewwel programm ta’ llejla, se tkun qed issir analiżi dwar Grupp A u Grupp B bil-mistiedna se jkunu Konrad Sultana kif ukoll żewġ mistiedna internazzjonali Michele Paolucci, eks plejer internazzjonali tal-Italja ta’ taħt il-21 sena u Juventus, li se jkun qed janalizza lit-tim nazzjonali Taljan kif ukoll l-eks player ta’ Birkirkara, id-Daniż Ronny Hardvig. Sintendi ma’ Hartvig, se jkun qed jiġi diskuss Grupp B, il-grupp fejn fiħ hemm il-Belġju u d-Danimarka fost l-oħrajn.

‘Replay Euro 2020′ se jkun qed jixxandar kuljum, mill-lum, bl-appoġġ ta’ IZIBET, Continental Cars Ltd, Cheeky Monkey Gastropub u Ejjabet.