EURO 2020 Futbol Sport

Illejla għadd ta’ partiti ta’ ħbiberija tliet ijiem qabel il-Euro 2020

Illejla jintlagħbu għadd ta’ partiti ta’ ħbiberija hekk kif issa t-timijiet kollha jinsabu fl-aħħar preparamenti qabel ma nhar il-Ġimgħa tibda l-Euro 2020.

Franza v Bulgarija | 9.00pm

Illejla Franza jilagħbu l-aħħar partita tagħhom qabel ma jibdew l-impenji tagħhom fl-Euro 2020. Franza rebħu l-aħħar partita ta’ ħbiberija li lagħbu kontra Wales 3-0. Dan se jkun l-aħħar ċans għal Didier Deschamps biex ikun jista’ jagħżel l-aqwa ħdax għall-partita minn Grupp F kontra l-Ġermanja.

Polonja v Iżlanda | 6.00pm

Il-Polonja se jkun qed jilagħbu kontra l-Iżlanda f’partita ta’ ħbiberija, bil-Polonja jtemmu fi draw ta’ 1-1 kontra r-Russja fl-aħħar ħarġa tagħhom, din il-partita se tkun opportunità biex il-kowċ Pollakk jilgħab players li ma kienux involuti fl-aħħar partita qabel mal-Polonja tilgħab l-ewwel partita tal-grupp nhar it-Tnejn kontra l-Islovakkja.

Ungerija v Irlanda | 8.00pm

L-Ungerija se tkun qed tittama li tkompli fuq l-aħħar rebħa li kisbet kontra Ċipru fl-aħħar partita ta’ ħbiberija li se tkun qed tilgħab kontra l-Irlanda. Għall-Ungerija dan se jkun test diffiċli qabel ma’ fi Grupp F jilagħbu fil-grupp tal-mewt, kontra Franza, l-Ġermanja u l-Portugall.

Repubblika Ċeka v Albanija | 8.15pm

Ir-Repubblika Ċeka jilagħbu l-aħħar partita ta’ ħbiberija kontra l-Albanija bit-tim Ċek se jkun qed jittama li jirkupra mit-telfa ta’ 4-0 li sofra kontra l-Italja l-ġimgħa li għaddiet. Fil-Euro 2020, ir-Repubblika Ċeka jilagħbu kontra l-Ingilterra, l-Iskozja u l-Kroazja.