Lokali

Imut il-Provinċjal tal-Ordni Dumnikana f’Malta, Patri Frans Micallef

Dalgħodu tħabbret l-aħbar li miet il-Provinċjal tal-Ordni Dumnikana f’Malta, Patri Frans Micallef.

Patri Frans Micallef twieled ir-Rabat fl-1948 u ħa l-edukazzjoni tiegħu is-Seminarju u fil-Kulleġġ Filosofiku Tejoloġiku San Tumas D’Akwinu.

F’Settembru tal-1965 huwa għamel il-Professjoni Reliġjuza u ġie ordnat saċerdot f’Marzu tal-1971. Huwa ggradwa fil-mużika u serva f’diversi uffiċji tal-Provinċja bħala Surmast ta’ l-Istudenti, Pirjol tal-Kunvent tar-Rabat, Amministratur Finanzjarju, Rettur tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir u kif ukoll Kappillan tal-Parroċċa tal-Portu Salvu fil-Belt Valletta.

Fl-2013 huwa kien elett Provinċjal u reġa’ kien elett fil-kapitlu provinċjali tal-2017.