Futbol Sport

Imut Yoo Sang-chul, wieħed mill-protagonisti fit-Tazza tad-Dinja tal-2002

Tħabbret il-mewt ta’ Yoo Sang-chul wieħed mill-protagonisti fl-iskwadra tal-Korea t’Isfel fit-Tazza tad-Dinja tal-2002 fejn f’dik l-edizzjoni l-Korea kienu waslu sas-semifinali wara li eliminaw lill-Italja u Spanja rispettivament fost l-oħrajn. Sang-chal kien marid bil-kanċer u miet fl-età ta’ 49 sena.

Sang-chul lagħab 124 darba għal pajjiżi bejn l-1994 u l-2005 fejn skorja 18-il gowl. Hu skorja wkoll fit-Tazza tad-Dinja tal-2002 f’rebħa ta’ 2-0 fuq il-Polonja