Lokali

Interċettati rekord ta’ 740kg kokaina fil-Freeport

Fl-aħħar sigħat kienu interċettati 740 kilogramma ta’ kokaina fil-Port Ħieles. Id-dwana sabu din is-sustanza llegali f’kontejner ta’ madwar 12-il metru li kien fi triqtu lejn lslovenja mill-Ecuador.

Fil-kontejner instabu 37 kaxxa tal-banana b’740 pakkett mimlijin bil-kokaina moħbijja taħt. Id-Dwana kkalkulat id-densità tal-pakket u waslet għal konklużjoni li l-kaxxi tal-frott seta’ kellhom xi ħaġa żejda miżjuda magħhom. Kien hawnhekk fejn infetħu l-kaxxi u nstabet il-kokaina.

Il-valur totali tas-sejba jammonta għal madwar 100 miljun Ewro bid-Dwana tirraporta li din hija l-akbar sejba ta’ sustanza llegali li qatt għamlet.