Coronavirus Lokali Transport Turiżmu

L-Ajruport Internazzjonali jagħti twissija lill-Gvern

L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta - Ritratt mill-arkivji

Fi stqarrija qasira, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA) wissa lill-Gvern biex immedjatament tiddaħħal sistema eletronika għall-verifiċi relatati mal-Covid-19. Dan meta bħalissa x-xogħol kollu qed isir manwalment.

Fil-fatt, matul l-aħħar jiem, ħafna Maltin u turisti ilmentaw fuq l-istennija kbira u l-ħela ta’ ħin bla bżonn biex wieħed jgħaddi mill-ajruport. “Il-kontrolli jridu jsiru bla dubju, iżda li ddum fi kju għal xi ħaġa bażika…dan mhux aċċettabbli”, qaltilna koppja li fi tmiem il-ġimgħa kienet fuq btala qasira.

L-MIA qed jappella biex fl-ajruport il-Gvern iħaddem sistemi diġitali biex wieħed jivverifika li t-turisti jkunu mlaqqma jew li jkollhom test negattiv tal-Covid-19. Dan jgħin ukoll f’każ li jkun hemm bżonn contact tracing, tgħid l-istqarrija.