Lokali

Laqgħa pożittiva bejn il-PN u l-Forum Marittimu Malti dwar l-Industrija Marittima

Talba biex l-awtoritajiet jagħtu prijorità lis-settur marittimu

Fit-3 ta’ Ġunju saret laqgħa bejn il-Kap tal-PN, Bernard Grech u membri tal-Forum Marittimu Malti (MMF) fejn ġew diskussi l-liġijiet ta’ pajjiżna fir-rigward tal-Industrija Marittima bl-għan li jkun osservat il-bżonn f’dan is-settur.

Ic-chairmain ta’ MMF, Judge Emeritus Joseph Zammuit McKeon saħaq li pajjiżna għandu jirrevedi l-liġijiet biex Malta tkun sostenibbli ħalli l-ekonomija marittima tieħu l-ispinta li għandha bżonn. Dan kapaċi jwassal biex Malta tilħaq mal-kompetizzjoni ta’ barra u tkun fuq l-istess livell ta’ pajjiżi oħra. U ma jistax jonqos li dan iwassal ukoll biex jiżdied ix-xogħol għall-ħaddiema f’dan is-settur.

Zammit McKeon insista għal iktar sapport lill-investituri, kemm dawk lokali u anke internazzjonali, mogħtija mill-awtoritajiet biex ikunu jistgħu jagħmlu x-xogħol b’mod effettiv u jlaħqu mal-kompetizzjoni li hemm fis-suq.

Bernard Grech qabel mal-importanza li dan is-settur jingħata prijorità u b’hekk hemm bżonn li kontinwament ikun hemm żvilupp għall-futur ta’ din l-ekonomija.

Matul din il-laqgħa l-Kap tal-PN kien akkumpanjat mid-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina.