Internazzjonali

Mijiet ta’ kriminali maqbuda b’messaging app

Persons are detained by Australian Federal Police after its Operation Ironside against organised crime in this undated handout photo released June 8, 2021. Australian Federal Police/Handout via REUTERS

‘Il fuq minn 800 kriminali suspettati kienu arrestatti madwar id-dinja wara li spiċċaw iġorru – mingħajr ma kienu jafu – messaging app li kien ipprogrammat biex iwassal id-data lill-aġenti tal-FBI tal-Istati Uniti.

Skont il-pjan tal-FBI — bil-kollaborazzjoni mal-Awstralja – it-tagħmir bl-ANOM app (għal encryption) spiċċa distribwit minn taħt fost il-kriminali u li ppermetta biex il-pulizija tissemma fuq diskorsi dwar traffikar tad-droga, ħasil ta’ flus u kumplotti għal omiċidju.

Il-miri tal-pulizija kienu jinkludu l-gruppi għat-traffikar tad-droga u persuni b’rabtiet mal-mafja, bil-kelliema għall-awtoritajiet ifissru l-azzjoni bħala ‘żblokk notevoli fil-ġlieda kontra l-kriminalità’.