Lokali Qorti

Xahrejn qabel ma nqatlet kien falla attentat ieħor fl-aħħar minuta, hekk kif il-Koħħu jgħid li kienu jafu bir-rejd

Il-pjan oriġinali kien li Daphne Caruana Galizia tinqatel b’arma teleskopika li tissejjaħ Calambrina. F’dik il-lejla li kellha tinqatel u li iżda l-pjan kien falla hija kienet qed tagħmel ix-xogħol tagħha fuq il-lap top. Alfred Degiorgio resaq lejn it-tieqa, forsi 12-il pied ‘il bogħod minn fejn kien se juża l-arma.

Beda jieħu l-pożizzjoni tiegħu u dak il-ħin ukoll ċempel lil George Degiorgio u qallu biex jaħsiblu. Imma George Degiorgio qallu li kien qed jiltaqa’ ma’ karozzi tal-Pulizija fit-toroq u li kien hemm ħafna karozzi. Alfred induna li George kien beda jidejjaq.

Sadanittant l-arma Calambrina li kienu se jużaw biex joqtlu lil Daphne Caruana Galizia kienet tagħmel ħafna ħoss u allura ġabu armi oħra bħala difiża għalihom f’każ li jiġu l-Pulizija. Miegħu George Degiorgio kellu jġib machine gun u xi pisoli oħra. 

“Id-deċiżjoni kienet li x’ħin jaraw lill-ġurnalista fid-dar tagħha fid-dar tagħha taħdem fuq il-kompjuter, jisparawlha. Il-pjan kien li George Degiorgio kellu jidħol fl-għalqa bil-karozza, Alfred jisparala, nidħlu ġol-karozza u morru lejn il-garaxx. Dan ħareġ mix-xhieda ta’ Vince Muscat, “Il-Koħħu”.

Is-Supretendent Keith Arnaud staqsa wara għaliex ma kienux sparawlha. “George Degiorgio dejjem xtaq li jagħmlilha bomba. Skontu hu inqas hassle. Kien qalilna li se jkellem lil Jamie Vella u lil tal-Maksar. Darba George jew Alfred Degiorgio kienu qaluli li se jġib bombi minn barra minn Malta. Kien għadda Awwissu mbgħad,” sostna Muscat.,

Vincent Muscat, l-unika xhud fil-kumpilazzjoni tal-provi kontra Yorgen Fenech l-allegat moħħ fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia xehed quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello u ta stampa dwar kif kien il-pjan biex tinqalet il-ġurnalista. L-ewwel pjan kien li tinqatel minn barra d-dar tagħha b’arma, pjan li falla u t-tieni wieħed li ġie eżegwit permezz ta’ bomba fil-karozza tagħha. L-ewwel pjan kien li tinqatel f’Awwissu tal-2017, li jfisser xahrejn qabel ma eventwalment inqatlet.

Vince Muscat xehed dwar ir-rwol tiegħu fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, omiċidju li huwa ammetta ħtijitu u ġie kundannat 15-il sena ħabs minflok għadda ġuri. Huwa kien ammetta quddiem l-Imħallef Edwina Grima li kien wieħed mill-qattiela tal-ġurnalista. Din hija l-ewwel darba li Muscat xehed fil-kumpilazzjoni kontra Yorgen Fenech.

Il-qattiela kienu jafu bir-rejd li kien se jsir mill-Pulizija

Sadanittant l-irġiel akkużati tagħha kellhom informazzjoni dwar rejd imminenti tal-pulizija. Vince Muscat qal lil Qorti li hu u l-aħwa Degiorgio, Alfred u George mhux biss kienu jafu dwar il-pjanijiet tal-pulizija li jirredjaw it-tinda tal-patata tal-Marsa fl-4 ta’ Diċembru 2017, ġimagħtejn jew tliet ġimgħat qabel, ”iżda wkoll li din se ssir“ fit-8 :00 jew 8:30am ”dakinhar filgħodu.

L-irġiel qatt ma kienu jmorru fit-tinda kmieni fil-ġurnata, xehed Muscat, u kienu marru hemm kmieni dakinhar intenzjonalment, b’antiċipazzjoni tar-rejd. Muscat fakkar kif kien f’ħanut tal-kafè aktar kmieni dakinhar filgħodu meta l-aħwa Degiorgio rawh u qalulu biex imur lejn fit-tinda tal-Marsa.

Il-pulizija dak inhar arrestat tmien persuni f’dak ir-rejd, inklużi Muscat u l-aħwa Degiorgio, u kienu se jarrestaw tnejn oħra aktar tard dakinhar. Alfred Degiorgio kien jaf sew minn qabel li ħuh George, li allegatament sploda l-bomba li qatlet lil Caruana Galizia, kien taħt għajnejn il-Pulizija.

Fil-bidu tax-xhieda l-Prosekutur Keith Arnaud staqsa lil Muscat dwar x’jaf dwar dan il-każ. Huwa wieġeb li “f’Mejju 2017 mort taħt it-tinda tal-patata fil-Marsa, kif kont nagħmel kuljum. Alfred Degiorgio qalli “Ċens, u fil-pront daħal Melvin Theuma. Melvin Thuema, qalilhom li Darren Debono, it-Topo kien qallhom li għandu biċċa xogħol għalijhom.

“L-għada, jien u Alfred Degiorgio morna nfittxu Theuma fil-ħwienet li hemm ħdejn il-korsa tal-Marsa. Ma kienx hemm. Imxejna lejn il-Ħamrun, imma lanqas ma kien hemm. La jien u lanqas Alfred Degiorgio ma konna nafu x’inhi din il-‘biċċa xogħol kbira ’.

“Imbagħad, jumejn wara, Alfred Degiorgio qalli li huwa rranġa laqgħa ma’ Theuma għand il-Busy Bee, l-Imsida. Ħallejt lil Fredu hemmhekk u mort nipparkja ħdejn il-knisja. Wara ftit, huwa ġie lura.” Muscat jgħid li ma kienx ra ma’ min Degiorgio iltaqa’ l-Busy Bee, li hija kafetterija, anke jekk Degiorgio qallu li kien Theuma.

Meta Degiorgio rritorna, qal lil Muscat li x-xogħol kien “li jeħilsu mis-Sinjura Caruana Galizia”. Degiorgio qal li qal lil Theuma li hu se jerġa’ jersaq lejh wara li jitkellem mas-sieħba tiegħu. Il-Koħħu qal li bejniethom kienu qablu li l-biċċa xogħol issir għall-prezz ta’ 150,000 ewro. Flimkien mal-aħwa Degiorgio, Muscat qabel li jingħata depożitu ta’ 30,000 ewro u li dawn jintilfu jekk ma jsir xejn.

Arnaud staqsa jekk kienx hemm pjan dwar kif titwettaq il-qtil. “Il-pjan kien li Alfred Degiorgio jisparalha,” jgħid Muscat. “Imma sa dak inhar ma kellniex il-permess.” Wara dik it-tieni laqgħa tal-Busy Bee, Muscat jgħid li Alfred Degiorgio qallu li l-prezz li kienu talbu kien miftiehem u Theuma tah €1,500. Muscat jgħid li ħa sehem minn dak u mar il-Ħamrun biex jixtri kebab.

Muscat kompla jgħid li kellhom iwettqu d-delitt wara l-elezzjoni tal-2017. Wara li għaddiet l-elezzjoni kienu ġabru d-depożitu ta’ 30,000 ewro għax kien hemm il-‘go-ahead’. Saħaq li Thuema kien imur fejn tinda tal-patata u kien jibqa’ dieħel bil-karozza. Thuema iżda ma kienx jersaq ta’ spiss lejn it-tinda.

Muscat jgħid li ħa lil Degiorgio għand Busy Bee għat-tieni darba ftit jiem wara. It-tliet qattiela kienu ffissaw il-prezz għall-qtil tagħha għal €150,000, b’depożitu ta’ €30,000 li jrid jitħallas bil-quddiem. Dak kollu ġara f’Mejju 2017, jiftakar Muscat.

Muscat jgħid ukoll li Melvin Theuma kien qal lil Alfred Degiorgio li l-elezzjoni ġenerali kellha ssir fit-3 ta’ Ġunju ta’ dik is-sena. “Kellna nistennew sakemm tgħaddi u ningħatraw l-informazzjoni biex nerġgħu nibdew,”.

Ladarba għaddiet l-elezzjoni, Theuma tahom il-go ahead. “Erġajt tlaqt lil Alfred Degiorgio għand Busy Bee u hġie lura b’envelop – id-depożitu ta€’ 30,000.” Muscat u l-aħwa Degiorgio qasmu d-depożitu indaqs bejn it-tlieta li huma “u dakinhar beda x-xogħol,” huwa qal.

Muscat jgħid li Theuma kellu d-drawwa li jmur fit-tinda tal-patata tal-Marsa bil-karozza tiegħu. “Biex nevitaw dan, xtrajna erba’ telefowns ċellulari Nokia b’irħis miż-żona tal-Marsa u l-Ħamrun – wieħed kull wieħed għalna u wieħed għal Theuma.”

Muscat jgħid li hu dejjem saq lil Alfred Degiorgio lejn Busy Bee bl-użu tal-karozza tiegħu stess. Wara li rċivew il-permess biex imexxu, Alfred qallu biex isuqu Ħal Luqa biex iġib karozza oħra. Huma marru f’garaxx għall-kiri tal-karozzi qrib San Vinċenz de Paul.

Arnaud staqsa jekk jafx l-isem tal-garaxx jew is-sid tiegħu. Muscat jgħid li le. Muscat ifakkar lil Alfred Degiorgio li qallu li sid il-garaxx kellu karozza Peugeot disponibbli għalihom. Kien mudell ikbar u mhux eżattament dak li riedu – kienu qed ifittxu karozza iżgħar biex jimmanuvraw aħjar mill-korsiji tal-inħawi fejn kienet toqgħod Daphne Caruana Galizia.

Is-sid qalilhom li kien se jagħtihom Peugeot iżgħar ladarba jkollu waħda disponibbli. Muscat jgħid li hu u Alfred Degiorgio bagħqgħu jagħmlu għassa minn fejn l-0għelieqi tal-Bidnija tagħhom “prattikament kuljum.”

Minn posthom, setgħu jaraw il-karreġġjata għad-dar tal-familja Caruana Galizia, il-bieb tagħha u t-triq li tgħaddi mill-wied tal-Bidnija. L-ewwel darba li marru hemm, raw il-karozza ta’ Caruana Galizia barra l-bieb. “Ma konniex ċerti li kienet il-karozza tagħha dak iż-żmien,” huwa jiftakar. “Imma mbagħad konna narawha tmur tixtri, u tagħmel xi qaldi lejn il-Mosta u postijiet oħra.”

Il-karozza tagħha kienet tkun ipparkjata barra l-bieb, faċata tas-siġar. Huma kienu jużaw trombi li jiffokaw fihom infushom li xtraw għal madwar €300 biex josservaw. “Jien kont soqt lil Alfred għand Forestals biex jixtri dawn l-affarijier,” jgħid Muscat.

Qatt ma raw il-karozza tagħha pparkjata barra wara dik l-ewwel darba, huwa tenna. “Aħna tlabna lil Melvin Theuma biex ikellem lill-persuna li kienet qabbditu, biex tikseb informazzjoni dwar fejn tinsab. Fejn kienet toħroġ u l-bqija,” huwa qal.

Theuma qatt ma kellimhom dwar min kien qed iħaddmu, imma kien jgħid lil Alfred Degiorgio “għaġġlu, għax se tippubblika xi nformazzjoni.” Il-Maġistrat tistaqsi dwar dan il-punt. “Min kien ried iħaffef l-affarijiet,” Muscat ġie mistoqsi, u kif jaf dan kollu.

“Minħabba li Melvin Theuma kien jgħid lil Alfred, u jien kont inkun ma’Alfred kuljum.” Muscat jieħu pawża u jgħid, “forsi jien qatt ma xehed dwar dan,” “Ġurnata minnhom konna fil-post fejn konna nsegwu lil Caruana Galiza u Alfred qalli li Melvin kellu jċempillu u li r-raġel li kien se jqabbdu kellu jkellmu (lil Alfred). Alfred qal li se jpoġġi dik is-sejħa fuq l-ispeaker. ” Imma dan qatt ma seħħ, qal Muscat. “Stennejna u stennejna, imma ħadd ma ċempel. La Melvin u lanqas il-persuna li qabbadhom biex isir il-qtil.

Muscat jiftakar li f’lejla minnhom kienu mblukkaw bowser tal-ilma waqt li kienu qed jagħmlu l-għassa. Huma kellhom iċċaqalqu l-karozza tagħhom barra mit-triq. Aktar tard, bidlu l-karozza tagħhom għal mudell iżgħar. “Is-sid tal-karozza kellu fox terrier bil-ġriewi. Mort narahom,”jgħid Muscat . Il-karozza l-ġdida kellha stickers li tneħħew, ħlief għal waħda. “Kien xi tip ta’ riklam. In-numru tal-pjanċa ta’ quddiem kien Y jew Z fiha.

“Ġunju u Lulju għaddew, u Melvin Theuma qalilhom li Caruana Galizia kienet tħobb tmur f’kafetterija fin-Naxxar, viċin bank. “Jien u Alfred konna noqogħdu f’ħanut tal-kafè faċċata, biex inżommu għassa. Darba rajna l-karozza tagħha fin-Naxxar.

Alfred qalli, ‘Ċens, mur ara jekk hijiex hemm ġew.’ ” Muscat jgħid li daħal fil-ħanut bil-pretensjoni li jixtri “pasti jew xi ħaġa oħra”, u ra lil Caruana Galizia bilqiegħda hemm bil-laptop tagħha. Għadda ż-żmien, u s-sħana tas-sajf żdiedet, jgħid Muscat.

“Id-dar tagħha kellha tieqa żgħira, fil-livell tal-kantina. Lejla waħda, jien u Alfred morna viċin d-dar tagħha. Id-dawl kien mixgħul. Rajniha bilqiegħda mal-kompjuter tagħha, fejn kien hemm salott. Kienet qed tagħmel ix-xogħol tagħha. “Dak deher li kien l-istudju tagħha. Kienet tkun hemm kuljum.

Allura ppjanajna biex Alfred jisparaha b’arma teleskopika. Calambrina,” huwa jgħid. L-irġiel imlew l-ixkejjer bil-ħamrija u poġġew l-ixkejjer fuq il-ħitan tas-sejjieħ, biex jagħtu lill-arma post sod fejn iserħuha. Arnaud. jistaqsi x’inhi Calambrina. “Hija arma kbira. Kellna tliet armi. Robert Agius Tal-Maksar u Jamie Vella ġabulna dawk l-armi. Huma poġġewhom fil-garaxx tan-Naxxar. Huma ġabuhom biex jintużaw fuq is-Sinjura Caruana Galizia. Waħda biss minn dawk l-armi kienet tajba.”

Vince Muscat jispeċifika li l-garaxx kien jintuża minn Robert tal-Maksar u Jamie Vella. F’dan il-garaxx kienu marru l-Pulizija biex Muscat jispjegalhom. Dan seħħ wara l-qtil. Meta Muscat kien mara f’dan il-garaxx kien ma’ Alfred Degiorgo, biex jiltaqgħu ma tal-Maksar u Jamie Vella.

Robert tal-Maksar u Jamie Vella kienu għaddew liċ-ċavetta tal-garaxx lill-aħwa Degiorgio u lil Muscat hekk kif jellhom bżonn garaxx f’dawk l-inħawi f’każ li jinqala’ xi ħaġa, qal Muscat. Jgħid li ċ-ċwievet kien ġabhom George Degiorgio. Fil-garaxx kien hemm karozza tat-tip Pajero li kienet misruqa imma huma riedu li din titneħħa ħalli jkollhom l-ispazju. Sa dak iż-żmien l-armi ma kinux fil-garaxx.  Meta kienu neħħew kollox mill-garaxx kienu ħallew l-armi.

“Il-Koħħu semma wkoll kif darba kienu segwew lil Daphne u l-familja tagħha u kienu sejrin l-ajruport fejn magħhom kellhom xi bagalji. Tenna li dak inhar kellu xi jgħid ma’ Alfred Degiorgio u talbu lura l-10,000 ewro għax qallu mhux se jaqa’ għan-nejk ma’ Melvin Theuma. Kien reġa’ talbu l-flus u ħadhom lura l-flus tad-depożitu.

Qal li dan seħħ il-Mosta faċċata tal-Lidl, fejn hemm xi Università, fejn ġieli kienu jmorru, u magħhom ħadu lil Melvin Theuma. Għax beda’ jgħaddi ż-żmien u riedu juruh li huma kienu qed jagħmlu l-għassa. Dwar meta ddeċidew li joqtlu lil Caruana Galizia permezz ta’ bomba, xi ħadd kien qal “nispera ma tkunx bħal ta’ Romeo Bone”.

Riedu jeqirdu lil Daphne Caruana Galizia

“Minix ngħid li huma għamlulu l-bomba imma f’dik il-bomba kienu biss tajjrulu saqajh,” qal Vince Muscat. Imma kienu qalu li mpossibbli li jiġri hekk għax il-materjal tal-bomba kienet ġelatina u kelhha nofs tunnellata ta’ materjal, qal Muscat. Qalukoll li ma riedux li jweġġu lil Daphne imma li tinqered, qal il-Koħħu.

Ix-xhud semma wkoll lil Jamie Vella u Robert Agius, li riedu juruhom kif taħdem il-bomba, u biex jiċċekkjaw jekk il-batterija hux se tispiċċa. Dawn qalulhom li l-batterija la ma tintużax tista’ sservi għal sitt xhur sa sena. Sostna wkoll li xtraw anke xi chargers.

Mal-bomba kienu żiedu ftit petrol biex jekk il-bomba ma tiħux  kien ikun hemm il-petrol. Kienu poġġew il-petrol fi flixken żgħar tal-ilma qishom boċċi, qal ix-xhud. Huwa semma wkoll każ li fejn segwew lil Daphne u żewġha sal-Furjana fejn daħlu ġo lukanda u dan meta kien hemm l-attività tan-Notte Bianca.

Tenna li dak inhar kienu marru jfittxuha lejn l-inħawi tal-Furjana u magħhom ħadu l-bomba, li kienet f’ garaxx Santa Venera, biex ipoġġuha dakinhar tan-Notte Bianca. Qal li ma kinux se jisploduha qalb in-nies imma kienu se jsegwuha u jaraw fejn l-aħjar jisploduha. Dak inhar iżda sabux lil Daphne jew il-karozza tagħha.

Kienu lesti li jisplodu lil Daphne anke jekk ikun hemm uliedha

Ix-xhud qal li l-aħwa Degiorgio ma kienux ħadu pjaċir b’dan u kienu qalu li d-darba li jmiss ikun hemm min ikun hemm jisplodu l-bomba, anke jekk ikun hemm it-tfal tagħha. Huwa kompla jgħid li l-bomba wara ħallewha fil-garaxx f’Santa Venera.

Ix-xhud komplja jgħid li darba minnhm kien sejjer lejn is-Siġġiewi u ċempillu Alfred Degiorgio li qallu li qed jara l-karozza ta’ Daphne barra. Qallu biex jtella’ l-bomba mill-garaxx lejn il-Bidnija. “Bdejt nidejjaq minħabba r-riskju imma ma stajtx ngħidlu le.” qal Vince Muscat.

Tenna li hu mar jieħu l-bomba minn Santa Venera u mar ħdejn Alfred Degiorgio li kien qed josserva l-karozza. Minn naħa tiegħu Alfred Degiorgio ċempel lil ħuh George biex jiġi ħdejhom. Qabel kien poġġa l-bomba fil-garaxx fin-Naxxar wara, fl-istess lejl, reġa’ mar għaliha. Il-bomba poġġewha f’kaxxa taż-żraben tat-tfal u ħallewha barra f’għalqa, li jfisser li ma ħallewiex fil-karozza.

Huwa kompla jispjega li l-bomba kienet tpoġġiet bejn nofsilejl u s-siegħa ta’ filgħodu. Kienu resqu viċin tal-karozza ta’ Daphne Caruana Galizia li kienet ipparkjata barra l-grada tad-dar. L-ewwel kienu għaddew minn madwar xi qasab li kien hemm fl-għalqa ta’ ma’ ġenb id-dar.

“Il-Koħħu” qal li hu baqa’ għassa biex jara jekk ikunux ġejjin xi karozzi. Alfred resaq lejn il-karozza, fetaħ il-karozza u daħħal idu biex jiftaħ il-bieba ta’ wara tal-karozza u poġġa l-bomba taħt is-seat tax-xufier. “Tlaqna wara li għamilna ftit għassa biex naraw li ma nqala xejn.”

Il-pjan kien biex George Degiorgio jitlaq bid-dgħajsa filgħodu kmieni biex ikun jista’ jattiva l-bomba minn fuq il-baħar wara li jċempillu Alfred. Ix-xhud qal li hu flimkien ma’ Alfred Degiorgio marru l-Bidnija biex ikomplu l-għassa u l-karozza kienet ipparkjata fl-istess post fejn kienet il-lejl ta’ qabel.

Dwar meta krew karozza eżatt bħal ta’ Daphne biex jaraw kif jistgħu jiftħuha, Muscat qal li għal din il-karozza marru Bugibba. Lil sid il-karozza Muscat qal li kien jaf min hu. Iżda din id-darba kien ħadhom tal-Maksar għandu.

Ix-xhud tenna li George Degiorgo kien joħroġ bid-dgħajsa ta’ sikwiet u kien iħobb ħafna jistad biha fejn iddeskriviha bħala waħda mill-isbaħ. Fil-jum li splodew l-bomba qal li l-kuntatt sar bejn l-aħwa, George u Alfred Degiorgio għax fuqu Vince Muscat ma kellux mobajl.

“Alfred qal lil George biex dejjem jistenna t-telefonata mingħandu qabel. Konna rajna lil Daphne ħierġa. Ċempel lil George biex jgħidlu u wara qallu żomm żomm għax reġgħet dieħla. Imbgħad reġgħet ħarġet u daħlet fil-karozza u bdiet is-suq.”

Muscat qal li George Degiorgo kien għafas il-mobajl qabel il-ħin. Jista’ jkun għax hu ma setax jara eżtt għax kien fuq il-baħar. Stqarr li huma ma semgħux ħoss imma meta Alfred qallu biex jittawwal, Vince Musct qal li ra daħna.

Wara dan kollu qal li Alfred Degiorgio kien wasslu sal-karozza tiegħu gaħx kienet l-Imġarr. Wara li wasslu Alfred wasslu qabad it-triq lejn ir-Rabat u mar id-dar. Sakemm wasal qal li kisser il-mobile Nokia u remieh biċċa biċċa.

Wara dan kollu qal li mar jieħu a te imma ma felaħx iniżżlu għax kif wasal mill-ewwel semgħa l-aħbarijiet. Xehed li filgħaxija kien mar sat-tinda tal-patata. Qal li wara li seħħ il-qtil Melvin Theuma kien imur fit-tinda bl-karozza imbgħad joħroġ Alfred Degiorgo u joqgħodu jitkellmu, iżda hu qatt ma kellem lil Theuma dwar il-qtil.

Muscat qal li ġurnata wara l-qtil, Degorgio ħasel il-karozza mikrija, u rritorna lura fil-garaxx. Wara huwa kien talbu biex imur miegħu Marsaskala fejn Alfred kellu jiġbor il-flus. Muscat qal li huwa kien qagħad jistennih f’cafeteria bejn 30-45 minuta.

Degiorgio qallu li kien se jieħu l-bilanċ ta’ €120,000 mingħand Melvin Theuma. Fil-fatt huwa kien ġie lura bil-flus kontanti f’envelope kannella,bil-maġġornza tal-flus ikunu f’noti ta’ €50. Muscat qal li ngħata l-€40,000 dovuti lilu f’pakketti ta’ €5,000 fit-tinda tal-patata tal-Marsa. Degiorgio kien ħa l-bqija għal ħuh George.

Muscat ddeskriva Sibt minnhom fit-tinda tal-Marsa meta kien ċempillu Degiorgio u qallu li fl-4 ta’ Diċembru kien se jsir rejd. Qallu li kienu se jarrestaw lil ħuh. Alfred Degiorgio ried li Muscat jagħti din l-aħbar lil George Degiorgio, iżda Muscat irrifjuta u beda jgħidlu li dak kien ħuh.

Muscat iżda mar sal-bar, u raha lil George Degiorgio jieħu breakfast u qallu li ħu kien riedu. Degiorgio qallu li kien qed jistenna xi ħaġa bħal din. L-aħwa qalu lil Muscat li qed isir xi tpaċpiċ. Hawn Muscat staqsa, xi jridu jfissru dwar dan.

“Sadanitant meta kont immur taħt it-tinda mhux l-ewwel darba li kont narhom jitkellmu fil-widnejn u x’ħin jaraw lili jieqfu. Imma ma ndunajtx mill-ewwel, qal Vince Muscat u kompla jgħid, “tifhimnix ħażin sinjura Maġistrat imma jien lil George staqsejtu – inti żgur ma għamilt xejn ħażin? – ħażin għamel bħal ma għamilt jien, imma li ridt ngħidlu hu dakinhar tal-bomda jekk għamilx xi ħaġa ħażina u kif.” Huwa semma wkoll il-fatt li Melvin Theuma kien jidher inkwetat dwar l-informazzjoni fuq l-arresti.

Dwar l-arresti qal li meta kienu marru l-Pulizija hu ma kienx ħdejhom eżatt għax kien riesaq lejn il-klabb tar-regatta. “Sa fejn kien jidhrili jien li kien hemm involut kien l-Assistent Kummissarju Silvio Valletta li beda jgħaddi l-informazzjoni li kien jaf Alfred Degiorgio,” qal Muscat.


L-Avukat Jason Azzopardi għamel ukoll xi domandi lix-xhud dwar il-ħin li kienu taħt it-tinda tal-patata meta kienu se jiu arrestati. Muscat ikkonferma li l-ħin li marru hemm ma kienx il-ħin normali li ssoltu kienu jmorru hemm. Dwar meta saru jafu bil-ġurnata li kienu se jarrestawhom, “Il-Koħħu” qal li kien madwar tliet ġimgħat qabel l-4 ta’ Diċembru.

L-evidenza kontra Fenech primarjament tistrieħ fuq ix-xhieda ta ’Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil. Theuma, li bil-moħbi kien irreġistrat diversi konverżjonijiet bejnu, Fenech u oħrajn, ingħataw il-preżenza tagħhom għal kollox fl-2019. Daphne Caruana Galizia, ġurnalista investigattiva, mietet fi splużjoni ta’ karozza bomba barra d-dar tagħha fil-Bidnija f’Ottubru 2017.

Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Supretendent Keith Arnaud u l-Ispettur Kurt Zahra, assistiti mill-Avukati Philip Galea Farrugia u Anthony Vella, f’isem l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali  Ġenerali. L-avukati difensuri huma Marion Camilleri, Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca. Il-kumpilazzjoni aġġornat għal għada l-Erbgħa, 9 ta’ Ġunju fil-11.00a.m. meta fost oħrajn mistenni jixhed Surġent mill-uffiċċju tas-Supretendent Arnaud.